L-Italja tilfet waħda mill-akbar kantanti fl-istorja, hekk kif Ornella Vanoni mietet l-Ġimgħa filgħaxija fl-età ta’ 91 sena.
Skont il-midja Taljana jidher illi din il-kantanta, li l-karriera tagħha kienet twila, mietet fir-residenza privata tagħha f’Milan wara li sofriet attakk tal-qalb.
Ornella Vanoni bdiet il-karriera tagħha lura fis-sittinijiet, u b’aktar minn 50 miljun records mibjugħin hjia kienet magħrufa l-aktar għall-kanzunetti “La Musica e Finita”, “Eternita” u anke “L’Appuntamento”.
Vanoni twieldet lura fit-22 ta’ Settembru fl-1934 f’Milan u bdiet il-karriera tagħha meta kienet żgħażugħa.
//= $special ?>

