Wara, 4,700,000 litru ta’ ilma, 30,000 litri ta’ foam, ħidma ta’ 153 pumpier, 24 sigħat ta’ tifi tan-nar bla waqfien, 16-il uffiċjal għoli u 30 tip ta’ makkinarju, is-CPD irnexxielha ttemm b’suċċess l-operazzjoni ta’ tifi tan-nar fil-Marsa.
F’post fuq il-midja soċjali, l-Protezzjoni Ċivili ħabbret illi temmet b’suċċess l-operazzjoni ta’ tifi ta’ nar kbir li ħakem scrapyard fil-Marsa għall-ħabta tal-10 ta’ filgħodu tas-Sibt.

Operazzjoni li estendiet aktar minn 24 siegħa u li fiha ħadu sehem 153 pumpier.
F’din l-operazzjoni kienu numru ta’ timijiet tal-ewwel għajnuna u anke uffiċjali tas-sigurtà f’pajjiżna, fosthom il-LESA, Transport Malta, il-Korp tal-Pulizija, St John Ambulance and Rescue Malta, is-Servizzi ta’ Detenzjoni, Voluntiera tas-CPD, tim mid-Dipartiment tal-Emerġenza f’Mater Dei u anke Clean Malta u numru ta’ kuntratturi privati ta’ bowsers tal-ilma.





