Futbol Sport

Arsenal jiftħu vantaġġ ta’ sitt punti f’ras il-klassifika b’rebħa dominanti fuq Tottenham

Fil-Premier League Arsenal fetħu vantaġġ ta’ sitt punti f’ras il-klassifika b’rebħa emfatika ta’ 4-1 fuq Tottenham bl-eroj tal-partita jkun Eberechi Eze li skorja tripletta. Arsenal fetħu l-iskor fis-36 minuta meta minn pass insidjuż ta’ Mikel Merino, kien Leandro Trossard li xeħet fix-xibka wara Vicario għal 1-0. Ħames minuti wara Arsenal jirduppjaw meta din id-darba Declan Rice sab lil Eberechi Eze li kkonkluda fix-xibka għal 2-0.

Fil-bidu tat-tieni taqsima Arsenal għamluhom 3-0 meta Jurrien Timber reġa’ għal darb’oħra sab lil Eze, li minn tarf il-kaxxa xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka għal doppjetta personali. Richarlison skorja għal Tottenham fil-55 minuta meta qabad lil Raya barra minn postu u mill-bogħod sab ix-xibka. Biex fis-76 minuta Leandro Trossard reġa’ għal darb’oħra sab lil Eze, li b’xutt fil-baxx għeleb lil Vicario għat-tielet darba u telfa l-partitarji f’dillirju ta’ ferħ.

Riżultati: Leeds Utd v Aston Villa 1-2, Arsenal v Tottenham 4-1