Sport Sport Ieħor

Eclat De Rep u Falcom Du Bocage jirbħu t-tiġrijiet ewlenin

Kenneth Vella

Bejn is-Sibt u l-Ħadd fil-korsa tal-Marsa tkompla l-istaġun 2025 bid-29 u t-30 laqgħa tas-sena. B’kollox saru erbatax -il tiġrija tat-trott fuq distanza ta’ 2140 metru. Minn dawn spikkaw l-aktar żewġ tiġrijiet tal-klassi Premier li ntebħu mid-debuttanti Franċiżi Eclat De Rep u Falcom Du Bocage.  

Fl-ewwel tiġrija Premier, Awesome Kronos (Noel Baldacchino), li kien għal ħafna ħin quddiem, ċeda kollox fl-aħħar metri meta nqabeż mill-ġdid Franċiż Eclat De Rep (Paul Galea) li ħa l-ewwel rebħa fi xtutna b’tul minn Durello (Oliver Briffa). Tug Of War (Jason Vassallo) li wkoll kien qiegħed jiddebutta, temm fir-raba’ pożizzjoni.

Żiemel ġdid ieħor Franċiż, Falcom Du Bocage, taħt il-gwida ta’ Frederick Mallia, ħareġ rebbieħ fit-tieni tiġrija tal-aqwa klassi. Dan żied il-pass fl-aħħar 500 metru u qasam il-linja finali l-ewwel b’nofs tul minn Espoir D’Elphigny (Rodney Gatt) u Equiano (Redent Magro). Formi (Joe Schembri) temm warajhom f’dik l-ordni. Din it-tiġrija saret ukoll bis-sapport ta’ Peter u Mario Farrugia.

Ir-rebbieħa kollha

Is-Sibt

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Jenna Du Val D’Or (F. Mallia) Ħin – 2.50.8” (1.19.8”) 2. Fakir De Mone (D. Cortis) 3. Eald Breed (N. Baldacchino) 4. Jasmin De Coulamer (C. Farrugia)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Ermione Vit (P. Galea) Ħin – 2.49” (1.18.9”) 2. Starla (J. Schembri) 3. Fakir Piya (Ch. Briffa) 4. Keeness Eagle (Cherise Farrugia)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Hardie De Bussiere (N. Baldacchino) Ħin – 2.46.3” (1.17.7”) 2. Horusko (R. Magro) 3. Ice Dream Keruzoc (Cherise Farrugia) 4. Mooney (M. Mifsud)

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Ikko Des Racques (I. Bilocca) Ħin – 2.47.4” (1.18.2”) 2. Kalinka Du Bleuet (P. Galea) 3. Iniesta Sport (Cherise Farrugia) 4. Easy De Trouville (A. Grech)

V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. She’s A Lady (P. Galea) Ħin – 2.46.8” (1.17.9”) 2. Dencos Miss Caruso (J. Gafa’) 3. Equateur Mauzun (Cherise Farrugia) 4. Jaha Man Du Pont (K. Saliba) 

VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Eclat De Rep (P. Galea) Ħin – 2.47.1” (1.18.1”) 2. Durello (O. Briffa) 3. Awesome Kronos (N. Baldacchino) 4. Tug Of War (J. Vassallo)

VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Hope (R. Gatt) Ħin – 2.46” (1.17.7”) 2. Honneur D’Isques (J. Gafa’) 3. Ex Aequo De Cosse (C. Caruana) 4. En Choeur Ferfay (J. Schembri) 

Il-Ħadd

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Let’s Move On (T. Demanuele) Ħin – 2.47” (1.18”) 2. Lea (J. Gafa’) 3. Joyus (N. Baldacchino) 4. Ila D’Or Du Vinois (K. Saliba)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m 1. Guarda (M. Mifsud) Ħin – 2.47.3” (1.18.2”) 2. Head Over Heels (F. Mallia) 3. Hola Coquine (J. Carabott) 4. Febus Du Juille (J. Dimech)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m 1. Half Tege (P. Spiteri) Ħin – 2.45.7” (1.17.4”) 2. Colibri Madrik (J. C. Pace) 3. Galaxie D’Azur (P. Galea) 4. Figaro Du Fan (N. Baldacchino)

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m 1. Hipanema Ellis (Ch. Camilleri) Ħin – 2.44.8” (1.17”) 2. Fighter Jihaime (R. Polidano) 3. Bicetre (C. Calleja) 4. Carrah (W. Galea)

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m 1. Fakir De Gesvres (C. Caruana) Ħin – 2.42.4” (1.15.9”) 2. Lee Harvey Bros (P. Galea) 3. Go And Flash (A. Farrugia) 4. Franky Satyne (M. Mizzi)

VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Falcom Du Bocage (F. Mallia) Ħin – 2.41” (1.15.2”) 2. Espoir D’Elphigny (R. Gatt) 3. Equiano (R. Magro) 4. Formi (J. Schembri)

VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1.  First Black (G.L. Grech) Ħin – 2.47.7” (1.17”) 2. Envol The Best (N. Baldacchino) 3. General Du Palais (L. Borg) 4. Ganymed De Corbery (Cherise Farrugia)