Iżrael qed ikompli bl-azzjonijiet biex jelimina lit-terroristi tal-Ħamas minkejja l-impenji għall-waqfien mill-ġlied li daħal għalihom ġimgħat ilu…U l-uffiċjali tal-Ħamas qalu li l-qawwiet tal-ajru Iżraeljani, fl-aħħar sigħat, attakkaw għall-għarrieda liz-zoni lejn iċ-ċentru u n-naħa ta’ fuq ta’ Gaza.
L-attakki ħallew talanqas 25 vittma f’diversi siti u residenzi….Intant, kien ikkonfermat li miet ieħor mill-Kapijiet tal-Ħamas b’kaġun tar-rejds tal-ajru.
Iżrael qed jgħid li l-attakki kienu dovuti għal inċident li seħħ is-Sibt, fejn, allegatament, ‘terrorist armat’ fetaħ in-nar lejn is-suldati Iżraeljani wara li daħal f’zona speċifika ta’ Gaza kontrollata mill-Armata.
Mindu l-ftehim għall-waqfien mill-ġlied kien konkluż, sitt ġimgħat ilu, Iżrael u l-Ħamas ma waqfux jakkużaw lil xulxin dwar abbużi għall-patt u dwar ‘il-ksur sfaċċat tal-kundizzjonijiet’.
Dan meta mietu ‘il fuq minn 310 Palestinjan fl-azzjonijiet tal-militar Iżraeljan mindu l-ftehim daħal fis-seħħ – dejjem skont is-sorsi tal-Ħamas f’Gaza.
Sadanittant, il-katavri tal-aħħar vittmi Palestinjani kienu rikoverati mill-Belt ta’ Gaza – kif ukoll mill-inħawi viċin ta’ moskea f’Deir al-Balah u mill-kamp ta’ Nuseirat fiċ-ċentru tat-territorju.
//= $special ?>

