Il-Ħadd filgħaxija ġiet iċċelebrata l-festa liturġika ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, fejn ġiet imtella’ ċ-ċelebrazzjoni djoċesana ta’ Kristu Re fil-Bażilika Minuri ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid.
Iċ-ċelebrazzjoni djoċesana bdiet għall-ħabta tal-5pm fil-Bażilika, li kienet ippreseduta mill-Arċisqof Charles Scicluna.
Matul din iċ-ċelebrazzjoni djoċesana, sar l-għasar u ngħatat l-barka sagrementali, fejn l-Arċisqof wassal il-messaġġ tiegħu f’din il-festa tant importanti għall-Insara.

Wara ċ-ċelebrazzjoni djoċesana, kien hemm il-quddiesa, fejn l-Arċisqof Scicluna talab sabiex Ġesù jżur il-qalb ta’ kull wieħed minna u jippreparana għall-Ġublew tat-Tama billi naħrfu lilna nfusna, lil xulxin u nilqgħu lil Alla bħala dak li jaħfrilna.

Aktar kmieni l-Ħadd, l-Arċisqof Scicluna qiegħad l-kuruna fuq ras ix-xbieha ta’ Kristu Re fl-okkazjoni tal-100 sena ta’ Kristu Re.
Il-festa ta’ Kristu Re kienet twaqqfet mill-Papa Piju XI fl-1925 bl-iskop li l-Insara jirrikonoxxi lil Ġesù l-mexxej li jġib miegħu l-verità u l-ħajja, il-qdusija u l-grazzja, kif ukoll il-ġustizzja, l-imħabba u ankè s-sliem, dak li l-bnedmin jeħtieġ li jkollu biex jgħix f’dinjità.
//= $special ?>
