Il-Ħadd filgħodu ġiet iċċelebrata l-inkurunazzjoni solenni tal-vara titulari ta’ Kristu Re fil-Bażilika Minuri ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, fl-okkażjoni tal-100 sena tal-festa ta’ Kristu Re.

Din iċ-ċerimonja tmexxiet mill-Arċisqof Charles Scicluna fejn qiegħed il-kuruna fuq ras ix-xbieha ta’ Kristu Re.

Barra minn hekk, tul dan il-jum ġiet iċċelebrata l-festa liturġika ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid.
Intant, il-komunità Pawlista inqagħdet f’dan il-jum daqstant speċjali b’numru ta’ għaqdiet tal-lokal, kunsilieri, familji u residenti esperjenzaw flimkien dan il-jum importanti.

Il-festa ta’ Kristu Re kienet twaqqfet mill-Papa Piju XI fl-1925 bil-għan li l-Insara jagħrfu lil Ġesù bħala mexxej wieħed li jġib miegħu l-verità u l-ħajja, kif ukoll l-ġustizzja, l-imħabba u s-sliem sabiex il-bniedem jgħix f’dinjità.
Preżenti għal din l-inkurunazzjoni kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg akkumpanjat minn Sarah, kif ukoll deputati miż-żewġ naħat tal-kamra.

Ritratti: Martin Agius
//= $special ?>
