Lokali

“Il-PN qed jirriforma ruħu b’viżjoni friska u ġdida u qed jiġbed lejh kandidati żgħażagħ” – Alex Borg

Huwa sinjal ċar li ż-żgħażagħ qed jaraw tama fil-Partit Nazzjonlista, dan anka jidher mill-elezzjonijiet tal-eżekuttiv u mill-fatt li d-Dar Ċentrali qed tkun mimlija biż-żgħażagħ.

Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg waqt intervista li kellu l-Ħadd filgħodu mill-ġurnalist ta’ Newsbook Owen Theuma li saret fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista fl-Isla.

Ritratt: Martin Agius

Fejn ikonferma li hu se jkun qed jikkotesta fuq id-distrett ta’ Għawdex għax din il-lokalità kienet, għadha u tibqa’ ferm għal qalbu. Stqarrija li minnha nfissa tikkonferma li Alex Borg se jkun l-ewwel kap li qed jikkontesta fuq Għawdex.

Alex Borg tenna li l-Partit Nazzjonalista offra l-id tal-ħbiberija fir-rigward tat-trasport tal-massa. Dan hekk kif hemm bżonn li ż-żewġ partiti jpoġġu flimkien u jitkellmu mal-esperti biex tinstab triq il-quddiem biex tissolva l-problema tat-traffiku.

Ritratt: Martin Agius

Mistoqsi mill-ġurnalist dwar il-Budget, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, spjega kif l-ikbar sfidi li qed jiffaċċja l-poplu, ftit li xejn ġew indirizzati u fost dawn l-isfidi hemm l-għoli tal-ħajja, l-mediċini out of stock, opperazzjonijiet pendenti, nuqqas ta’ sptarijiet ġodda, u nuqqas ta’ viżjoni ekonomika dwar kif se tiġi indirizzata l-overpopulation.

Mhux hekk biss iżda Alex Borg żvela kif il-Gvern ta’ Abela daħħal legal notice ġdida u spjega kif din se twassal biex il-mediċina tiġi tiswa iktar.

Sotna li l-Partit Nazzjonalista, grazzi għal Adrian Delia, ġab l-isptarijiet lura lill-Maltin, dan b’differenza għal Gvern Laburista li mhux talli ma ġabx ċenteżm lura talli l-poplu Malti u Għawdxi se jkollu jħallas iktar flus.

Saħħaq li Gvern ġdid Nazzjonalista jsib bilanċ bejn l-ambjent u l-iżvillup, u staqsa għalfejn il-Gvern ħabbar il-proġett tal-White Rocks wara d-diskors tiegħu tar-replika tal-budget.

Dwar is-settur tal-enerġija, Alex Borg qal li l-partit Nazzjonalista se jinvesti fl-enerġija sostenibli, filwaqt li wiegħed li Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed jgħin biex inaqqas il-piż tal-kontijiet tad-dawl.

Fakkar kif Robet Ablea għamel u-turn oħra dwar l-elezzjoni hekk kif Robert Abela kien qal li se jagħmel elezzjoni bikrija jekk jinbidel il-kap tal-Partit Nazzjonalista, però issa reġa mar lura minn kelmtu.

Alex Borg wiegħed ukoll li l-Partit Nazzjonalista se jkun wieħed inklussiv, dan filwaqt li għamel referenza għall-aħħar surveys, u stqarr li dan huwa ritratt tal-mument, u li jfisser li fadal ħafna ħidma xi ssir sabiex il-Partit Nazzjonalista jkun wieħed rebbieħ.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista għamel referenza għan nar li seħħ f-iscrap yard tal-Mara u rringrazja l-ħaddiema ta’ ċivili li assistew. Alex Borg irringrazzja wkoll lil Ryan Callus tas-servizz tiegħu fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Hu tenna mill-ġidid li l-kontijiet tal-Partit Nazzjonalista, se jkunu qed jiġu ppublikati fl-ewwel mitt ġurnata tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Għal din l-attivita Alex Borg, kien akkumpanjat minn Sarah, filwaqt li preżenti kien hemm il-Vici Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione, is-Segretarju Ġenerali Charles Bonello, is-Segretarju Organizzattiv Stefan Caruana, diversi Deputati u Kandidati tal-Partit Nazzjonalista.