Internazzjonali

Il-Vjetnam: Jiżdiedu l-vittmi tal-akbar għargħar għal snin

DCIM100MEDIADJI_0015.JPG

L-għargħar devastanti fil-Vjetnam hu r-riżultat tal-agħar elementi għal snin sħaħ u meta l-vittmi, issa, avviċinaw il-100…Dan wara ġranet konsekuttivi ta’ xita qliel li kkawżaw l-għargħar u bis-servizzi għal search and rescue għadhom qed ifittxu l-mitlufa qalb l-agħar lokalitajiet milquta.

Il-provinċja ta’ Dak Lak ġarrbet l-akbar impatt b’aktar minn 60 mewta rreġistrati fl-aħħar ġranet. Dan meta t-toroq prinċipali u l-linji tal-ferrovija spiċċaw inaċċessibbli filwaqt li madwar 258,000 ma kellhomx l-elettriku matul il-jum tal-ħadd.

L-għargħar affettwa wkoll lill-provinċji ta’ Quang Ngai, Gia Lai, Dak Lak, Khanh Hoa, u Lam Dong, bl-iskwadri militari u tal-pulizija, fl-aħħar sigħat, jaslu qalb il-komunitajiet mgħarrqin  biex jassistu fl-isforzi ta’ salvataġġ.