Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Marco Rubio qed jinsisti li l-pjan ta’ waqfien mill-ġlied fl-Ukrajna, ibbażat fuq 28 punt u li qed jiġi meqjus bħala wieħed li jiffavorixi lir-Russja, kien awtorizzat mill-Istati Uniti.
Iżda grupp ta’ membri mis-senat qalu lil Rubio li dan il-pjan kien bażikament qed jiġbor dak kollu li xtaqet ir-Russja. U li fil-fatt dan il-pjan ma jirriflettix il-pożizzjoni ta’ Washington.
Bis-Segretarju tal-Istat iwieġeb li dan il-pjan kien mibni fuq il-fehmiet taż-żewġ naħat – kemm tar-Russja kif ukoll tal-Ukrajna.
U filwaqt li dan il-pjan għadu ma ġiex ippublikkat, fid-dettall, l-alleati tal-Ukreni fl-Ewropa, urew ix-xettiċiżmu tagħhom dwar diversi punti ewlenin; fosthom li l-Ukrajna taqbel li tneħħi it-truppi miz-zoni tal-Lvant tar-Russja – truppi li kienu s-salvazzjoni għal dan il-poplu, għaliex imblukkaw l-avvanz tar-Russi.
//= $special ?>

