Fid-derby Della Madonnina rebħa importanti ta’ 1-0 għal Milan fuq ir-rivali Inter. Il-gowl uniku tal-partita kien skorjat fl-54 minuta minn Christian Pulisic. Ċans tad-deheb għal Inter li jiksbu d-draw fl-74 minuta meta ngħataw penalty, li madanakollu Hakan Calhanoglu ma rnexxielux jixħet fix-xibka għal riżultat finali ta’ 1-0.
Riżultat importanti għal Roma barra minn darhom kontra Cremonese meta għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1 biex b’hekk żammew posthom fl-ewwel post tal-klassifika. Huma fetħu l-iskor fis-17-il minuta minn Matias Soule qabel Lorezno Pellegrini kellu l-gowl tiegħu mhux konvalidat mill-VAR. It-tieni gowl għal Roma wasal fl-64 minuta mill-attakkant Evan Ferguson qabel ħames minuti wara kien Wesley Franca li skorja t-tielet gowl. Il-gowl ta’ Cremonese wasal fit-93 minuta minn Francesco Folino.
Riżultati: H.Verona v Parma 1-2 , Cremonese v Roma 1-3, Lazio v Lecce 2-0, Inter v Milan 0-1
//= $special ?>

