Fi tmiem il-ġimgħa fil-Marsa tkompla l-istaġun 2025 b’żewġ laqgħat fuq erbatax -il tiġrija fuq distanza qasira ta’ 2140m.
Spikkaw l-aktar dawk tal-klassi Premier b’dik tal-Ħadd ikun hemm abbinat magħha preżentazzjoni mill-kumpanija Żvediża CG Hästsport li timmanifattura l-għotjien taż-żwiemel u li f’Malta huma rappreżentati minn P & M Farrugia Tan-Niger.
Din intrebħet mid-debuttant Franċiż Falcom du Bocage, żiemel Franċiż ta’ 10 snin li kien misjuq minn Frederick Mallia. Il-preżentazzjoni tal-għata kommemorattiva saret mis-sidien tal-kumpanija Żvediża Emma u Goran Albinsson li kienu Malta fi tmiem il-ġimgħa wkoll.
//= $special ?>

