Futbol Sport

Sliema jdwarru r-riżultat u jegħlbu lil Birkirkara… Floriana jibqgħu fl-ewwel post

Ritratt: Birkirkara

Sliema Wanderers …….. 2

Birkirkara …………………. 1

Sliema W: R.Al Tumi, J.Borg, A.Magri-Overand, V.Plut, R.Prsa, G.Alcino, M.Bah, W.Matos, H.Freire, S.Pisani, T.Espindola

Birkirkara: A.Martinez, F.Lopez, I.Morelio, M.Cordova, S.Dimech, K.Fenech, A.Abubakar, L.Lacunza, N.Micallef, S.Makoma, L.Ribeiro Macula

Referee: A.Johnson

Assistenti Referees: D.Sultana, V.Vasilev

Plejer tal-Partita: R.Prsa

Sliema Wanderers dawwru telfa f’rebħa meta fl-Istadium Nazzjonali għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 2-1. Il-mument kruċjali tal-partita jkun it-tkeċċija tal-goalkeeper ta’ Birkirkara Angel Martinez fil-bidu tat-tieni taqsima li kellha effett fuq il-kumplament tal-partita.

Birkirkara ħadu l-vantaġġ wara erba’ minuti meta minn corner id-difiża ta’ Sliema naqqset milli tbiegħed il-periklu biex kien Cordova Mina li xeħet fix-xibka għal 1-0. Tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Birkirkara jispiċċaw b’għaxar plejers meta Martinez waqqa’ lil Vito Plu, bir-referee jurih il-karta l-ħamra.

Sliema kisbu d-draw fl-64 minuta meta minn corner kien Roko Prsa li xeħet fix-xibka għal 1-1. Il-gowl tar-rebħa wasal fit-82 minuta meta għal darb’oħra minn corner din id-darba kien Steve Pisani li skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa.

Floriana ……………… 2

Marsaxlokk …………. 1

Floriana: G.Cioletti, E.Lopez, J.Grech, N.Varela, A.Mabea, O.Spiteri, J.Coelha, C.M’Mombwa, I.Perreira, M.Veselji

Marsaxlokk: P.Sanchez, O.El Hasni, E.Pepe, N.Muscat, N.Portelli, T.Hama, U.Arias, J.Corbolan, A.Soares, J.Minala, L.Aguirre

Referee: I.Barbara

Assistenti Referees: D.Spencer, J.Muscat

Plejer tal-Partita: J.Grech

Fl-Istadium Nazzjonali rebħa importanti għal Floriana li biha reġgħu żammew posthom fl-ewwel post tal-klassifika tal-YoHealth Malta Premier b’rebħa ta’ 2-1 fuq Marsaxlokk.

Floriana fetħu l-iskor proprju fis-17-il minuta meta kien Nicholas Varela li bi cross mix-xellug sab lil Dunstan Vella li kkonkluda fix-xibka għal 1-0.

Għaxar minuti wara Marsaxlokk jiksbu d-draw meta minn azzjoni ta’ corner kien Fred li għola fuq kulħadd, il-ballun jaħbat ma’ Perreira u jispiċċa fix-xibka għal 1-1.

Żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, Floriana mill-ġdid fil-vantaġġ b’dak li kellu jkun il-gowl deċiżiv tal-partita, meta minn kontrattakk veloċi Mbombwa sab lil Jake Grech li avvanza għadda tajjeb u għal darb’oħra reġa’ sab lil Mbombwa b’dan tal-aħħar jikkonkludi wara Sanchez għal 2-1.