Mill-inqas 90 persuna mietu u 12 għadhom nieqsa wara jiem ta’ xita bla waqfien li kkawżat għargħar devastanti fil-Vjetnam.
L-awtoritajiet lokali, rrapurtaw li l-provinċja ta’ Dak Lak kienet l-iktar milquta, b’aktar minn 60 mwiet irreġistrati mis-16 ta’ Novembru. Toroq, awtostradi prinċipali u linji tal-ferrovija ġew imblukkati filwaqt li madwar 258,000 persuna ma kellhomx elettriku l-Ħadd filgħodu. Timijiet militari u tal-pulizija ġew mibgħuta biex jassistu fl-isforzi ta’ salvataġġ u għajnuna fil-komunitajiet l-iktar affettwati.
Ħames provinċji – Quang Ngai, Gia Lai, Dak Lak, Khanh Hoa, u Lam Dong esperjenzaw l-aktar impatti severi.
//= $special ?>
