Sport Sport Ieħor

Tibqa għaddejja l-mixja pożittiva ta’ Swieqi, Birkirkara jissorprendu liċ-champions Falcons

It-tim ta' SwieqiPhoenix Nium

Il-kampjonat Super League organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball tkompla l-Ħadd fil-kumpless Sportiv tal-Kottonera b’żewġ partiti. Fl-ewwel waħda tkompliet il-mixja pożittiva ta’ Swieqi Phoenix Nium li ħadu r-raba’ rebħa nfila meta għilbu lil Paola Executive Security bl-iskor ta’ 3-0. Swieqi rebħu t-tliet sets 25 għal 16, 25 għal 22 u 27 għal 25. Aktar kumbattuta kienet it-tieni partita fejn Birkirkara nqalgħu mill-aħħar post tal-klassifika wara li għilbu liċ-champions Falcons 3-2. Din verament kienet logħba missielta fejn Falcons fetħu tajjeb u rebħu l-ewwel set 25 għal 15. Iżda Birkirkara rkupraw u rebħu t-tieni set 26 għal 24 u t-tielet wieħed 25 għal 10. Falcons rebħu ta’ wara 25 għal 20 iżda tilfu dak deċiżiv 15 għal 13. 

Wara dawn il-partiti Swieqi Phoenix Nium jinsabu fl-ewwel post bi ħdax -il punt, ħames punti aktar minn Flyers, filwaqt li b’erba’ punti kull wieħed issa nsibu lil Birkirkara u ċ-champions Falcons. Paola Executive Security jinsabu fl-aħħar post b’żewġ punti biss. 

Fl-Ewwel Diviżjoni kompla d-dominju ta’ Mgarr li rebħu lil Depiro 3-0 (25-11, 25-14, 25-13). 

Super League

Paola Executive Security vs Swieqi Phoenix Nium 0-3 (16-25, 22-25, 25-27)

Falcons vs Birkirkara 2-3 (25-15, 24-26, 10-25, 25-20, 13-15)

L-Ewwel Diviżjoni

Depiro vs Mgarr 0-3 (11-25, 14-25, 13-25)

Under 19

Swieqi Phoenix Tough Cookies vs Birkirkara Vixens 3-1 (25-11, 24-26, 25-14, 25-16)

Under 17

Swieqi Phoenix Block ‘N Roll vs Falcons 3-0 (25-03, 25-05, 25-07)

Paola Maypole vs Flyers 1-3 (16-25, 24-26, 25-19, 22-25)

Swieqi Phoenix Volley Maniacs vs Depiro 3-1 (25-22, 25-17, 23-25, 25-23)

Mgarr għelbu lil Depiro 3-0