Għawdex Lokali

74% jemmnu li Għawdex mhux jattira turiżmu ta’ kwalità

48% tal-operaturi kellhom sajf aħjar mis-sena li għaddiet

Stħarriġ li sar mill-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex (GTA) wera kif 74% tal-operaturi f’din l-industrija jemmnu li Għawdex mhux jattira turisti ta’ kwalità. Dan filwaqt li 63% qed jgħidu li l-gżira ta’ Għawdex mhix qed tipprovdi prodott li jkun b’saħħtu biżejjed jew ta’ valur għoli.

Fi stqarrija, il-GTA ippubblikat ir-riżultati ta’ dan is-survey li kopra l-perijodu tas-sajf. Bi 33% jgħidu li l-andament tan-negozju baqa’ fl-istess livell tas-sajf 2024. U 48% qalu li marru aħjar.

L-istess stħarriġ wera li l-ispejjes tal-operat jibqgħu l-akbar tħassib għal dawk kollha involuti fl-industrija turistika. Bi 63% tal-Għawdxin jgħidu li din hi problema maġġuri.

Apparti l-ispejjes, hemm ukoll kwistjonijiet ta’ riżorsi umani, problemi ta’ burokrazija u anke problemi bl-iSkills Pass li introduċa l-Gvern.