Qabar preistoriku f’Ta’ Lablab, fix-Xagħra, jinsab f’riskju li jinqered kompletament minħabba żvilupp. Dan hekk kif minkejja s-sinifikat arkeoloġiku, l-awtorita tal-ippjanar approvat il-bini ta’ seba’ terraced houses f’dan is-sit.
F’Mejju u Ġunju tal-2023, l-arkeoloġi skavaw ħofra li fiha kien hemm għadam tan-nies u annimali, fosthom 7 kranji kif ukoll, fuħħar minn żmien il-perjodu tat-templji.
Fil-fatt, fiz-zona hemm is-sit tat-tempju Ta’ Verna.
Minkejja obbligi ċari taħt l-Att dwar il-Wirt Kulturali, is-Superintendenza mhi qed tieħu l-ebda azzjoni biex tipproteġi ż-żona, u tinjora sejħiet ripetuti mir-residenti u l-FAA biex toħroġ Ordni ta’ Konservazzjoni ta’ Emerġenza.
Id-dokumentazzjoni inizjali ta’ monitoraġġ ma semmiet l-ebda fdalijiet umani. Kien biss wara li resident mix-Xagħra ra dawn il-fdalijiet li l-FAA avżat lill-awtoritajiet, li wassal għal rapport sħiħ mill-arkeologu.
Minkejja dan, l-Awtorità tal-Ippjanar qed -proġett, minkejja li jikser l-istandards residenzjali, u jqajjem tħassib serju li l-interessi ekonomiċi filwaqt li l-wirt kulturali qed jiġi abbandunat.
//= $special ?>

