Futbol Sport

Everton jegħlbu lil Manchester United f’Old Trafford

F’Old Trafford rebħa improbabbli iżda importanti għal Everton bl-iskor ta’ 1-0 fuq Manchester United.

Rebħa missielta għal Everton li kellhom jilagħbu l-maġġoranza tal-partita bi plejer inqas. Fit-13-il minuta inċident mhux tas-soltu hekk kif Everton spiċċaw jilagħbu b’għaxar plejer wara li tkeċċa għalihom Idrissa Gueye, wara li ta daqqa ta’ ħarta lil sieħbu tat-tim tiegħu stess Michael Keane.

Fid-29 minuta kontra dak mistenni Everton ħadu l-vantaġġ meta kien Keirnan Dewsbury Hall li b’xutt minn tarf il-kaxxa sab ir-rokna tax-xibka.