Il-Belġju għaddej minn żmien kaotiku fost l-azzjonjiet industrijali pjanati għal jiem konsekuttivi u li jilħqu l-qofol tagħhom nhar l-Erbgħa, bi strajk ġenerali kbir…Azzjonijiet li qed isiru bi protesta kontra l-miżuri ta’ awsterità min-naħa tal-Gvern u li fl-aħħar sigħat ħallew impatt fid-diversi setturi tat-trasport pubbliku – bil-ħaddiema mas-servizzi pubbliċi wkoll jieqfu mix-xogħol għal dawn il-jiem.
Il-kumpanija tat-trasport Eurostar kienet fost l-organizzazzjonijiet li wissew dwar il-konsegwenzi fit-tul ta’ dawn l-azzjonijiet u l-impatt fuq il-ħajja normali ta’ għexieren ta’eluf ta’ ċittadini.
Intant, iż-żewġ ajruporti ewlenin fil-Belġju wissew lill-pubbliku li tħassru t-titjiriet kollha ‘il barra mill-pajjiż għal nhar l-Erbgħa.
L-azzjonijiet industrijali qed isegwu d-dimostrazzjonijiet tax-xahar li għadda, meta eluf kbar ta’ Belġjani kienu ħarġu fit-toroq bħala parti minn strajk nazzjonali dwar ir-riformi li qed jixpruna l-Gvern fost it-tnaqqas tal-infiq fuq livell Statali.
//= $special ?>

