Quddiem il-Qorti, diversi kelliema indirizzaw d-dimostrazzjoni li saret il-Ħadd fil-Jum Dinji għall-Qerda tal-Vjolenza Kontra n-Nisa – bil-messaġġ ewlieni jkun, li għalkemm il-femiċidju ġie rikonoxxut legalment f’pajjiżna fl-2022, minn dak iż-żmien inqatlu 5 nisa oħra.
Waqt l-attività tal-Ħadd, intqal li l-vjolenza kontra n-nisa – sfortunatament – hi minsuġa fis-soċjetà u tinkludi vjolenza verbali, fastidju u insulti li jnaqqsu d-dinjità tal-mara. Huma fakkru l-memorja ta’ Bernice Cassar, Chantelle Chetcuti u bosta nisa oħra li nqatlu fl-aħħar snin. U sostnew li se jkomplu jinżlu fit-toroq isemmgħu leħinhom biex flimkien, ikunu front qawwi kontra l-vjolenza.
Apparti minn hekk, dawk li indirizzaw id-dimostrazzjoni fil-Belt ikkwotaw statistika mill-European Institute for Gender Equality u mill-Eurostat fejn qalu li 31% tan-nisa fuq il-post tax-xogħol esperjenzaw fastidju sesswali u kważi 3,800 irrapportaw vjolenza domestika.
Intant, il-kelliema sostnew li l-vjolenza ssir anke fuq il-komunità LGBTIQ li spiss ikunu esklużi minn sistemi ta’ protezzjoni.
//= $special ?>
