David Agius, PN
Id-Deputat Nazzjonalista David Agius appella fil-parlament biex il-Kummissarju tal-Volontarjat jkun uffiċjal tal-parlament u jkun maqbul bejn il-Gvern u l-Opożizzjoni.
David Agius qal li fil-pajjiż hawn 2,000 għaqda volontarja li għandhom ikomplu jkunu msaħħa. Hu qal li dawk li qed jaħdmu f’dan is-settur qed iwettqu ħidma importanti u sostna li jħares ‘il quddiem lejn il-liġi li kien tkellem dwarha l-gvern dwar il-volontarjat.
David Agius qal li jeħtieġ ikun hemm qabża ta’ kwalità f’dan is-settur u ppropona biex il-Kummissarju għall-Volontarjat ikun parti mill-familja tal-parlament Malti bħall-Kummissarju għall-Istandards li jirrispondi lejn il-parlament.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Kummissarju tal-Volontarjat għandu jkun magħżul miż-żewġ naħat tal-parlament u sellem lill-Kummissarju attwali Jesmond Saliba għall-ħidma li qed iwettaq.
Hu sostna li din hi triq ‘il quddiem biex is-settur tal-volontarjat ikun mgħolli ‘l fuq; issa jeħtieġ timbru nazzjonali lil dan l-Uffiċċju. Dan is-settur għandu jkun regolat b’sistema ta’ Uffiċċju fejn il-Kummissarju jitpoġġa fuq livell ta’ rwoli kostituzzjonali oħra. Anki l-għaqdiet sportivi għandhom ikunu taħt il-Kummissarju tal-Volontarjat jekk dan ikollu rwol kostituzzjonali.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-għaqdiet regolatorji u investigattivi għandhom jikkunsidraw dak li jkun qed iseħħ u t-talbiet li jkunu qed isiru meta jkun meħtieġ. Jeħtieġ iktar kummissarji li jkunu taħt dan l-Uffiċċju fosthom il-Kummisarju tat-Tfal biex dawn ma jkunux iwieġbu lejn il-politiku iżda lejn il-parlament.
David Agius kompla li jeħtieġ titnaqqas il-burokrazija biex ma jkunx hemm iktar diffikultajiet fuq dawn l-għaqdiet. Għandu jkun hemm data base waħda, sostna David Agius, li kompla li għandu jkun hemm ir-rendikonti neċessarji, il-qafas leġiżlattiv u l-iżviluppi komprensivi iżda l-gvern m’għandux ikun qed iwettaq il-politika u fl-istess ħin jiddeċiedi min jieħu l-fondi u min mhuwiex li jagħmel xogħlu sew.
L-għaqdiet volontarji qed jagħmlu xogħol kbir u huma eroj; għalhekk m’għandhomx ikunu tallaba fil-pajjiż meta l-gvern qed jiftaħar li għamel budget ta’ €9 biljuni.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li d-donazzjonijiet għandhom jibqgħu isiru iżda l-MCC qed tispiċċa titlob il-fondi meta l-budget hu wieħed ta’ €9 biljuni. L-ogħla uffiċjali inkluż il-President, il-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kummissarji oħra għandom flimkienjiddiskutt t-talbiet li jkunu qed isiru f’każi partikolari fejn iċ-ċittadini jkollhom bżonn.
David Agius qal li Malta jixirqilha aħjar biex ħadd ma jbati u sostna li għandu jinstab mezz kif jinqataw is-soup kitchens. Hu semma’ s-CDAU u appella biex isir l-investiment meħtieġ fl-iżvilupp tat-tfal.
//= $special ?>

