Charles Azzopardi, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi qal fil-parlament li l-PN jipproteġi u jsaħħaħ id-delizzji tradizzjonali b’mod sostenibbli.
Charles Azzopardi qal li Malta għandha tipproteġi lil dawk li kapaċi joħolqu u jkunu kreattivi u sostna li l-gvern juża lid-dilettanti għal skopijiet pariġġjani meta ma kinx favur li l-ambjent isir parti mill-kostituzzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern uża lid-dilettanti tal-festi, tat-tlielaq tal-karozzi, ta’ sport ieħor u tal-kaċċaturi u n-nassaba iżda l-PN jemmen li dawn id-delizzji għandu jkompli jsaħħaħhom u mhux se jinqeda bihom. Charles Azzopardi kompla li l-gvern għamel kull tentattiv biex diversi għaqdiet joħorġu stqarrija dwar l-ambjnet fil-kostituzzjoni. Hu sostna li l-PN irid li d-dilettanti jkollhom il-ħin li jqattgħu iktar ħin fid-delizzjoni tagħhom.
Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-filatelija u qal li meta hu kien tkellem dwar dan, kien hemm esponenti Laburisti li ddieħku bih għaliex il-gvern mhux veru jemmen f’dawn id-delizzji. Il-gvern qed joħloq inqas spazji pubbliċi għar-rikreazzjoni għaliex qed jibqa’ jieħu l-artijiet. Hu appella biex iktar liġijiet jgħddu mill-parlament għal iktar żvilupp sostenibbli. Dan kien budget b’affarijiet pożittivi iżda lid-dilettanti tal-karnival abbandunhom.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern mhuwiex iwettaq il-wiegħdi tiegħu mad-dilettanti u kompla li l-gvern mhuwiex kapaċi mhux kapaċi jagħraf bejn żrar u ħaxix kif għamel f’Ta’ Qali.
Charles Azzoaprdi kompla li l-gvern qed jinvesti €400,000 biex titlesta t-trakka tal-karozzi meta għaliha hemm bżonn €78.2 miljuni biex titlesta. Dan ifisser li dilettanti jridu jistennew iktar min 100 sena.
Charles Azzopardi qal li t-tradizzjonijiet jeħtieġu lok fejn jitwettqu u żied li l-ambjentalisti qed jitkellmu kif liġijiet ħżiena qed jimpattaw fuq diversi tradizzjonijiet fosthom logħob tan-nar u l-kaċċa. Il-gvern ma daħħal ebda liġi ġdida biex inaqqas it-taxxi fuq diversi setturi fosthom l-iskrataċċ fuq il-plattini. Hu semma’ l-proposti li qed jagħmel il-PN fosthom dik ta’ għajnuna lil kull wild li jitwieled.
//= $special ?>

