Adrian Delia, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal fil-parlament li l-popolazzjoni esaġerata hi l-qofol tal-problemi li ħoloq il-gvern.
Fid-dibattitu parlamentari dwar il-Ministeru tal-Finanzi, Adrian Delia qal li l-budget hu dwar il-poplu biex titjieb il-kwalitá tal-ħajja. Dan hu budget li ma jindirizzax l-isfidi ewlenin tal-pajjiż u se jkompli jkabbar il-problemi.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem fuq il-popolazzjoni li l-gvern għażel il-mudell ekonomiku li jkabbar il-popolazzjoni li żdiedu b'140,000 fit-12-il sena li għaddew. Fl-2013 il-popolazzjoni kienet 430,000 persuna li 29,000 minnhom kienu barranin waqt li fl-2024 l-popolazzjoni telgħet għal 575,000 li minnhom 170,000 huma barranin. Dan ifisser li fl-2013 kien hemm 6.75% tal-popolazzjoni li kienu barraniin waqt li fl-2024 din telgħet għal 30%. Il-popolazzjoni tal-barranin telgħet b'mod qawwi fl-aħħar 10 snin u din seħħet bla pjan u struttura.
Adrian Delia qal li f'sitt lokalitajiet hemm iktar residenti barranin milli Maltin fosthom fl-Imsida, f'San Pawl il-Baħar fejn il-popolazzjoni telgħet minn 20 għal 63%, fil-Gżira fejn telgħet minn 13% għal 60%, f'San Ġiljan fejn telgħet minn 16% għal 57%, f'Tal-Pietà fejn telgħet minn 8% għal 55 u f'Tas-Sliema fejn telgħet minn 18 għal 55%.
Adrian Delia qal li l-poplazzjoni tal-Maltin fil-Kottonera qed tonqos ukoll fejn fil-Birgu l-barranin żdiedu minn 8% għal 33%, fl-Isla minn 2% għal 15% u f'Bormla minn 2% għal 14%.
Hu qal li minkejja li din hi l-ikbr problema tal-poplu, fil-budget issemmiet darba waħda biss f'kuntest li l-gvern hu iktar preokkupat li l-poplu qed jgħix iktar iżda mhux li qed jiżdiedu l-barranin. Kien il-Ministru Clyde Caruana stess l-arkitett ta' dan ir-rebus li ħoloq fis-setturi kollha meta kien iddikjara li l-pajjiż irid jimporta 10,000 ħaddiem barrani kull sena.
Adrian Delia tkellem dwar it-traffiku u qal li minkejja l-wiegħdi, l-gvern falla. Il-gvern kien wiegħed li se jonfoq €700 miljun fit-toroq iżda għax kienu bla pjan, il-problema kibret. Il-gvern ssa reġa' bidel il-pożizzjoni tiegħu dwar il-metro fejn nefqu diġà kienu ntequ €500,000 f'konsulenza. Adrian Delia qal li fil-pajjiż inħarġu 7,000 liċenzja ta' karozza ġdida li 51% minnhom huma lil ċittadini barranin. Din il-problema tat-traffiku qed tiswa lill-poplu €707 miljun fl-2025. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern m'għandux jibqa' jgħid li l-problema tat-traffiku se tissolva biss bl-investiment fit-toroq.
Hu tkellem ukoll dwar is-saħħa u qal li l-istennija fl-isptarijiet żdiedet bil-kbir; din hi wkoll problema relatata mal-popolazzjoni żejda. Il-kundizzjonijiet f'dan is-settur huma kritiċi, sostna Adrian Delia, li kompla li fl-aħħar 12-il sena is-servizzi m'humiex ilaħħaqu għaliex il-pajjiż għadu bi sptar wieħed, iċ-ċentru mediku tat-tramuntana mhuwiex se jsir waqt li ċ-Ċentru Ċensu Moran dam snin biex jitlesta u s'issa qed joffru nofs is-servizzi b'nefqa ta' 'l fuq minn 20% iktar. Il-pjan tal-gvern fis-saħħa kien biss Vitals, sostna Adrian Delia, li qal li l-gvern qed jipprova jpinġi sitwazzjoni li ma tirriflettix il-verità.
Mta tkellem dwar id-deċiżjoni tal-ICC dwar l-isptarijiet, Adrian Delia qal li l-Prim Minitru qal li rebħet Malta iżda dan qalu qabel kienet ippubblikata s-sentenza tal-ICC, li fil-fatt iddeċidiet li l-poplu se jkollu jerġa' jħallas iktar lil Steward.
Quddiem din is-sitwazzjoni l-Gvern waħħal fih għal din it-telfa meta kien il-gvern stess li uża s-sentenza tal-Qorti tal-Appell bħala l-uniku difiża li biha Steward ma ħadux il-€150 miljun l-oħra. Wara jumejn oħra, il-Prim Ministru qal li l-partijiet ġew indaqs; il-fatti huma li Robert Abela fuq din il-kwistjoni ma jitwemminx.
Adrian Delia qal li l-gvern ma tellgħax jixhed lil Korad Mizzi, lil Chris Ferane u lil persuni oħra fosthom l-ogħla uffiċjali tal-gvern li kienu involuti fil-kuntratti. Lanqas il-Ministru tal-Finanzi ma ssemma', sostna Adrian Delia, li qal li issa ċ-ċifra hi ta' €888 miljun. Meta l-Qorti qalet li kien hemm frodi, Chris Fearne qal li din kienet “the real deal” u issa l-Prim Ministru qal li “this is a fair deal”. Hu staqsa: Il-Ministru tal-Finanzi kien involut fiha? Jaqbel magħha? Ivverifika kull ewro li ntefqu? Hemm irċevuti ta' kull nefqa?
Fl-ICC, il-Gvern ippreżenta talba għal €460 miljun bħala refund bi drittijiet riservati. Min fassalha din iċ-ċifra? Il-Ministru tal-Finanzi sodisfatt li l-gvern ingħata l-irċvuti? Dan minbarra li ma jissemmew imkien il-miljuni li ntefqu f'konuslenza u lussu ieħor u l-miljuni l-oħra li kienu immirati biex ikunu attakki Chris Fearne u dawk li Steward dehrilhom li qed jimminawhom. Il-Ministru tal-Finanzi kuntent li pprovaw isallbu lil Chris Fearne? Il-gvern sodisfatt bil-konsulenza li ngħatat minn Steward lil Vitals fl-Iżvizzera, li imbagħad saret Accutare u li tat konulenza lil Joseph Muscat? Il-Ministru tal-Finanzi vverifika minn meta sa meta ingħataw dawn il-konsulenzi?
Adrian Delia qal li l-fatti huma li l-poplu ħallas għal sptar ġdid f'Għawdex iżda ma sarx u biex isir il-modernizzar f'San Luqa iżda dan baqa' abbandunat. Dwar Karin Grech, Adriar Delia qal li llum dan hu sptar ikkundannat. Hu ppreżenta rapport tekniku tal-2023 mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne li fih intqal li kien hemm tħassib fil-konkos li kien qed jinqasam minħabba l-istat ta' degregazzjoni severa li tħalla fih l-Isptar Karin Grech. Dawn huma rapporti li saru għall-gvern.
Id-deputat Nazzjonalista staqsa għal-lista ta' kull ħlas li saru mill-kumpaniji kollha involuti fl-isptarijiet u staqsa wkoll jekk hux se jerġgħu jintefqu l-miljuni f'Għawdex u f'San Luqa.
Adrian Delia semma' l-problema tal-prezz tal-propjetà li qed teffettwa liż-żgħażagħ. Bħalissa hawn 1,890 applikazzjoni għal djar soċjali bil-gvern inaqqas l-applikazzjonijiet b'sistema li mhijiex reali. Fl-2012 kien hemm 3,000 jistennew dar iżda l-gvern qabad lil dawk li qed jitolbu bidla fl-appartament u naqqashom mil-lista b'madwar 700.
Fuq medda ta' ftit snin il-propjetà rduppjat waqt li l-kirjiet splodew ukoll. Il-gvern għamel il-kumpanija Malita li llum qed tiġi akkużata bi frodi minn kuntratturi Maltin li għamlu xogħol fi proġetti tad-djar u li issa qed jakkużaw lil Malita b'aġir frawdolenti fil-konfront tal-istess kumpaniji Maltin.
Adrian Delia semma' l-infieq tal-gvern u qal li l-gvern baqa' jdaħħal il-ħaddiema miegħu li żdiedu b'29.6% fi 11-il sena. F'Novembru kien irriżulta li hemm 54,000 ħaddiema mal-gvern, soatna Adrian Delia, li enfażizza li l-infermiera u l-carers m'għandhomx jitnaqqsu minn mal-gvern.
Dawn il-54,000 ħaddiem mal-gvern ifissru 33% iktar ta' ħaddiema mal-gvern. Hu evidenti li minbarra l-ħtiġijiet tal-gvern, hemm sitwazzjonijiet distrettwali u partiġġjani li qed iwasslu għal dawn iż-żidiet. Hu qal li f'Malta hawn 9.4% tal-ħaddiema jaħdmu mal-gvern, waqt li fil-Lussumburgu hemm 5.11% tal-ħaddiema mal-Gvern, l-Olanda hemm 5.9% u f'Ċipru hemm 5.6% mal-gvern.
Adrian Delia qal li hemm ukoll nuqqasijiet kbar fil-mod kif il-gvern jixtri fejn il-gvern ikomplu konflitt ta' interess dirett. Malta kompliet tinżel iktar 'l isfel fil-livelli ta' korruzzjoni fejn issa tinsab fis-65 post fost il-pajjiżi tad-dinja b'ranking ta' 46%.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar id-dejn u qal li d-dejn qabeż il-€11-il biljun u se jitla' għal €14-il biljun li jfisser li jekk il-piż jinqassam bejn il-ħaddiema fl-ammont ta' 329,000, dan titla' għal €33,000 kull ħaddiem li se jitla' għal €42,550 fuq kull ħaddiem. Ras għal ras għal kull ħaddiema Maltin dan se jitla' għal €70,000 fi tliet snin. Dan id-dejn mhuwiex sejjer għall-proġett kapitali fejn fl-edukazzjoni jew għal għal skejjel ġodda għaliex in-nefqa għal dan is-settur żdiedet minn €6 miljuni għal €13-il miljun biss fl-aħħar budget.
Adrian Delia qal li l-PN jirrikonoxxi li l-popolazzjoni hi l-ikbar theddida għall-istil ta' ħajja tal-Maltin u għalhekk il-mudell ekonomiku jrid jinbidel. Dwar it-traffiku, il-PN iddikjara li lest li minn issa jkun hemm ftehim għal deċiżjoni meħtieġa. Jeħtieġ li jkun hemm garanzija li ħadd ma jkun bla saqaf, sostna Adrian Delia, li kompla li l-gvern se jibqa' sejjer fl-istess direzzjoni negattiva fl-ambjent u fl-ippjanar.
Il-PN qed jipproponi proġett massiċċ ta' afforestazzjoni u użu tal-enerġija ġdida għall-ġenerazzjoni tal-enerġija. Dan kien budget inġust għall-futur li ikkrea biss ftit sinjuri kbar u li hu rikatt li l-gvern qed jibqa' jakkomada lil dawn li jsostnuh. Il-PN qed jaħseb totalment bil-maqlub fejn qed jippreżenta 50 proposta fosthom iċ-Child Trust li qed turi viżjoni fit-tul biex iġġib bidla veru għall-pajjiż, sostna Adrian Delia.
//= $special ?>