Lokali

Imut Arthur Gruppetta – il-moħħ u l-qalb wara l-ħanut tal-Merlin

Illum Malta tilfet persuna li kkontribwixxiet u sostniet l-iżvilupp tl-letteratura Maltija, Arthur Gruppetta, fl-eta’ ta’ 81 sena. Imwieled fl-1944, hu beda l-karriera tiegħu bħala għalliem fis-sekondarja u wara ħa f’idejħ it-tmexxija tal-Merlin Library u tal-Merlin Publishers.

“Illum Merlin Publishers tilef il-qalb tħabbat tiegħu. Int li kkrejajt l-ewwel kotba Merlin u li qatt ma

waqaft temmen fil-kotba bil-Malti, anke meta l-mewġ kien kontra..” Dan kitbu Chris Gruppetta, t-tifel ta’ Arthur Gruppetta meta ħabbar il-mewt tal-papa tieghu fuq post ta’ face book.

“Inti kont il-forza li tmexxina pa, u xejn mhu se jku l-istess għalina”

Fl-1971 Arthur Gruppetta kien l-ewwel pubblikatur li qatt ħareġ ktieb għat-tfal bil-Malti (Fra Mudest ta’ Charles Casha) bil-Malti. Matul il-karriera ta’ ‘l fuq minn erbgħin sena, hu kien strumentali sabiex nieda l-karriera letterarja ta’ awturi li llum huma fost il-kbar tal-letteratura Maltija.

Noel Grima, fuq post ta’ face book tiegħu, ikkumenta, “Illum il-letteratura Maltija hija ifqar”.