800 miljun ewro.
Dan huwa l-ammont li qed jiswa lill-poplu Malti u Għawdxi t-traffiku skont is-suppost Master Plan 2030 ta’ Gvern Labursita. Biċ-ċifra taf titla’ għal aktar minn 900 miljun ewro – dejjem sakemm ma jitteħdux azzjonijiet drastiċi.
Il-pjan li ppubblika l-Gvern stess ibassar illi jekk ma titteħidx azzjoni imminenti, is-sewwieqa f’Malta se jaħlu fit-traffiku ‘l fuq minn 8.5 miljun siegħa sas-sena 2030, b’dawk li jużaw it-trasport pubbliku mistennija jitilfu saħansitra aktar ħin – 11-il miljun siegħa.
Ir-rapporti jindikaw illi pajjiżna qed jitlef 3.3% tal-prodott domestiku gross minħabba l-konġestjoni tat-traffiku – dan mingħajr mhu qed jiġi kkunsidrat l-impatt ambjentali.
Intant, studji preċedenti kien bassar illi l-konġestjoni tat-traffiku tista’ tiswa lill-poplu aktar minn biljun ewro sal-2050, b’rapport tal-Kummissjoni Ewropea jispjega li fl-2022, it-trasport kien qed jiswina 400 miljun ewro.
L-istudju tal-Gvern jgħid ukoll illi Malta għandha l-aktar toroq densi fl-Unjoni Ewropea, bil-konsegwenza li huwa diffiċli ferm li jitwessgħu t-toroq preżenti.
Minkejja dan ir-rapport, u minkejja li kien il-Gvern stess li ppubblikah – il-metro ma tissemma’ mqar darba. U allura, jidher li mhux fil-pjan tal-Gvern għall-25 sena li ġejjin.
Tissemma’ miss bus rapid transit system, iċ-ċikliżmu u anke l-mixi bħala alternattiva għat-traffiku.
//= $special ?>

