Sport

L-Italja tirbaħ it-Tazza Davis għal darb’oħra

L-Italja terġa' tirbaħ it-Tazza Davies
L-Italja terġa' tirbaħ it-Tazza Davies

Għar-raba’ darba fl-istorja suċċess għall Italja fil-finali tat-Tazza Davis. Din kien it-tielet edizzjoni suċċess f’daqstant edizzjonijiet konsekuttivi.

Rebħa netta 2 – 0 kontra Spanja permezz ta’ Matteo Berrettini u Flavio Cobolli.

Fil-court ċentrali tas-Super Tennis Arena f’Bologna fl-ewwel partita mis-singles, f’ 1 siegħa u 18 il-minuta, Matteo Berrettini seed numru 56 għeleb lil Pablo Carreno Busta seed numru 89.

Wara li Berrettini rebaħ u ddomina l-ewwel set 6 – 3 , Carreno Busta naqas milli jwettaq reazzjoni b’ Berrettini japprofitta u għalaq it-tieni set 6 – 4 biex poġġa lil Italja fil-vantaġġ.

Fit-tieni partita mis-singles, wirja mill-aqwa minn Flavio Cobelli seed numru 22 , li f’2 sagħtejn u 56 minuta għeleb lil Jaume Munar seed numru 36.

Kien Munar li rebaħ l-ewwel set li ddomina 6 – 1 .

Fit-tieni set rimonta minn Cobelli li għalaq 7 – 6 .

Is-set deċiżiv seta’ mar fuq kull naħa sal mument li Cobelli rebaħ 7 – 5 li wassal għat tielet success konsekuttiv tal-Italja fir-rebħ tat-Tazza Davis.