Mara ta’ 45 sena residenti Tas-Sliema, għal xi s-7pm, ittieħdet l-Isptar Mater Dei għax weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqtet minn mutur QJMotor MTX125, li kien qed jinstaq minn raġel mill-Bangladesh ta’ 45 sena u li jgħix Tas-Sliema wkoll.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata
li weġġgħet serjament.
Il-Maġistrat Joe Mifsud ġie infurmat u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddej
//= $special ?>

