Graziella Galea, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea sostniet fil-parlament li huma meħtieġa iktar inzjattivi għall-persuni bi bżonnijiet speċjali.
Graziella Galea qalet li l-isfida mhijiex kemm kienu allokati fondi għal dan is-settur iżda kif qed jintużaw il-fondi għaliex għad hawn nies li mhumiex jingħataw l-opportunità li jimxu ‘il quddiem.
Is-sistema qed tfalli lil diversi persuni; l-inklużjoni hi dritt fundamentali u mhijiex karità fejn kull persuna għandha tingħata trattament ġust b’rispett u b’opportunità tà li tipparteċipa fis-soċjetà.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li fir-realtà hawn ħafna familji qed jiġġieldu weħidhom biex jiksbu d-drittijiet u sostniet li l-edukazzjoni inklussiva hi dritt fundamentali bħall-impjiegi inklussivi, infrastruttura inklussiva, parteċipazzjoni pubblika, politika, rispett, dinjità u trattament ugwali.
Dwar l-edukazzjoni inklussiva, Graziella Galea qalet li din għandha tingħata f’waqtha. Minkejja l-mijiet ta’ LSC hawn nuqqasijiet fl-early support educators fl-iskejjel. Għandu jiżdied it-taħriġ tagħhom għaliex hawn tfal bl-awtiżmu li mhumiex jattendiu l-iskejjel għaliex mhemmx LSEs biżżejjed. Dawn qed iseħħ fi skejjel primarji u sekondarji.
Graziella Galea qalet li hemm LSCs li mhumiex imħarrġa b’mod speċifiku u sostniet li l-edukaturi għandhom ikunu mħarrġa skont il-ħtiġijiet tat-tfal. Hi sostniet li l-appoġġ għandu jkun personalizzat u kompliet li għandu jkun hemm programm nazzjonali ta’ taħriġ għal kull taħriġ. L-LSEs għandhom ikunu rikonoxxuti wkoll b’pagi adegwati waqt li għandu jkun hemm is-sostituti meta l-LCEs jieħdu l-leave.
Fl-iskejjel għandu jkun hemm multi sensory rooms biex ikun hemm il-kontroll neċessarji għall-persuni b’diffikultajiet. Dan hu obbligu li għandhom l-iskejjel iżda hemm skejjel li m’għandhomx dawn l-ispazji.
Dwar impjiegi aċċessibbli, Graziella Galea qalet li din tinkludi lifitijiet, interpreti tas-sinjali, braile, tekonoloġi adatti u reklutaġġ inklussiv. Hi semmiet l-obbligi legali ta’ min jimpjega biex jimpjega persuni b’diżabbiltà idża għad hawn mnin jippreferi jħalls il-multa milli jimpjega persuni b’diżabbiltà bi kwota ta’ 2%. Sal-aħħar ta’ Ottubru il-kumpaniji li mhumiex konformi mal-liġi naqsu għal 170.
Hi tkellmet dwar l-infrastruttrura aċċessibbli u qalet li fit-trasport għandu jkun hemm vetturi adegwati, informazzjoni aċċessibbli, servizz ta’ trasport speċjalizzat u bini pubbliku aċċessibbli.
Graziella Galea qalet li ħafna servizzi diġitali għandhom ikunu aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà fosthom websites. Hi trattat il-parteċipazzjoni pubblika u politika u qalet li kull persuna għandha trid li tinfluwenza l-politika u l-liġijiet li jeffettwa ħajjitha. Jeħtieġ li jkun hemm konsultazzjoni mal-persuni b’diżabbiltà fl-istadji kollha.
Dwar ir-rispett u d-dinjità hi qalet li t-trattement għandu jkun ugwali u bla stigma iżda b’awtonomija.
Graziella Galea semmiet l-assistenti personali u qalet li l-persuni b’diżabbiltà għandhom dritt jgħixu l-ħajja li jixtiequ. Hi sostniet li r-riformi li qed jitwettqu għandhom ikunu konklużi mill-iktar fis għaliex persuni b’diżabbiltà m’għandhomx jistennew fit-tul biex ikunu jafu jekk humiex eliġibbli. HI kkritika fil-fatt li kien hemm 99 persuna li qed jistennew risposta, li minnho 37 ilhom li applikaw mill-2024.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-one stop shop hi kunċett kruċjali f’dan is-settur. M’għandu jkun hemm abbuż mill-blue badge, sostniet Graziella Galea, li kompliet li fil-budget kellu jkun hemm iktar inizjattivi għall-aċċessibbiltà tal-persuni iżda kien neiqes minn dawn l-inizjattivi.
//= $special ?>

