Sport

Pass ‘il bogħod minn midalja tal-bronz fid-Deaflympics tas-Sajf

Pass ‘il bogħod minn midalja tal-bronz fid-Deaflympics tas-Sajf
Pass ‘il bogħod minn midalja tal-bronz fid-Deaflympics tas-Sajf

Id-9 ġurnata ta’ kompetizzjoni tal-25 edizzjoni tad-Deaflympics tas-Sajf jew aħjar l-Olimpjadi għal atleti b’nuqqas ta’ smiegħ. Fl-azzjoni għal Malta ċ-ċiklist John Camilleri fit-tieni kompetizzjoni tiegħu wara li fis-sitt ġurnata fit-time Trial individwali, John Camilleri kellu riżultat mill-aqwa fejn temm fis-7 post fost 45 ċiklist fejn għamel id-distanza ta’ 25 kilometru fi 43 minuta 38.639 sekondi b’medja ta’ 34.4 mil fis-siegħa.

It-tieni tellieqa għal Camilleri kienet fuq distanza ta’ 100 kilometru individwali fejn temm fir-raba’ pożizzjoni fi 3 sigħat 4 minuti u sekonda b’medja ta’ 32.6 kilometri fis-siegħa. Kienet tellieqa diffiċli tant li mill-50 ciklist li bdew f’xi stadju tal-100 kilometru 42 irtiraw. Ir-riżultat ta’ Camilleri jista’ jitqies bħala wieħed mill-aqwa riżultati ta’ kull żmien għal ċiklist Malti f’kompetizzjoni internazzjonali fejn kien pass ‘il bogħod minn midalja tal-bronz.

Fl-ewwel post daħal Dmitry Andreevich f’sagħtejn, 58 minuta u 28 sekonda qabel Egor Gavrilov, it-tnejn bħala ċiklisti newtrali u fit-tielet post Masashi Fujimoto tal-Ġappun.

John Camilleri rappreżentant tal-Kumitat Paralompiku Malti f’Tokjo għandu miegħu lil George Vella bħala chef de mission.