Futbol Sport

Rebħa importanti għal Gżira fuq Mosta

Gżira United …………… 1

Mosta ……………………. 0

Gżira Utd: E.Colombo, G.Mentz, D.Abela, A.Borg, S.Martinez, C.Penha Da Costa, L.Riascos, E.Becerra, M.Van De Bovenkamp, K.Bonilla, F.Silva

Mosta: D.Akpan, A.Agius, H.Machado, G.Goncalves, V.Da Silva, N.Agius, Q.Hurtado, S.Kanitao, S.Zibo, J.Vassallo, L.Fernandes

Referee: F.Zammit

Assistenti Referees: M.Scerri, S.Calleja

Mill-Victor Tedesco Stadium rebħa importanti ta’ 1-0 għal Gżira United fuq Mosta biex b’hekk telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-Bottom 6 b’16-il punt, b’Mosta jibqgħu bi 11-il punt.

Fl-34 minuta Gżira viċin li jiskurjaw meta minn daqqa ta’ ras ta’ Marc Van De Bovenkamp, il-ballun kellu jkun salvat fuq il-linja mid-difiża Mostija.

Fis-56 minuta Mosta jolqtu l-lasta meta kien Daniel Machado li ra l-konklużjoni tiegħu taħbat mal-lasta. Iżda kienu Gżira li marru fil-vantaġġ fil-75 minuta u skurjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa meta minn corner mil-lemin kien Jork Becerra li xeħet fix-xibka għal 1-0.

Zabbar St.Patrick ………. 2

Tarxien Rainbows ……… 2

Żabbar STP: J.Grech, A.Dumbuya, P.Cejas, B.Gambarte, J.Micallef, S.Jovancic, V.De Paiva, M.da Rocha, K.Scicluna, J.Pisani, M.Fontanella

Tarxien R: A.Cassar, W.Filipe, M.D’Alessandro, T.Conceicao Santos, O.De Barros, E.De Oliveira Junior, L.Borg, N.Da Silva Rosa,  L.Zango, R.Tavares, W.Dos Santos

Referees: M.De Gabriele

Assistenti Referees: J.Spiteri, D.Castillo