Delegazzjoni ta’ staff ta’ Caritas Malta, fosthom id-Direttur ta’ Caritas Malta Anthony Gatt, il-Kordinatur Kliniku tas-Servizzi ta’ New Hope Ian Diacono, il-Kordinatur Kliniku tas-Servizzi tal-Ibwar Daniel Mercieca, il-Kordinatur tas-Servizzi Psikosoċjali Josef Pace, l-HR Manager Patrick Harvey u diversi heads, professjonisti u membri mill-amministrazzjoni żaru l-Parlament Ewropew u ltaqgħu mal-President tal-Parlament Ewropew, kif ukoll ma’ diversi membri parlamentari Ewropej.
L-istaff ta’ Caritas Malta kellu diversi laqgħat matul il-ġurnata ma’ Membri Parlamentari Ewropej: David Casa, Peter Agius, Alex Agius Saliba u Daniel Attard. L-istaff ta’ Caritas ġew milqugħa wkoll mill-President tal-Parlament Ewropew b’laqgħa personali ma’ Roberta Metsola. Mal-laqgħa ma’ Metsola attendiet ukoll il-Policy and Advocacy Director ta’ Caritas Europa Eva Reina.
Saret ukoll laqgħa mal-Membru Parlamentari Ewropea mill-Irlanda Maria Walsh. Il-laqgħat iffukaw fuq temi importanti li jolqtu lis-soċjetà Maltija fosthom:
• Il-problema tad-droga f’Malta u servizzi eżistenti u dawk li hemm bżonnhom
• Is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ, fejn skont l-istħarriġ tal-ESPAD fil-proporzjon ta’ żgħażagħ li jirrappurtaw saħħa mentali adegwata, Malta tinsab fis-sitt post mill-aħħar fost il-pajjiżi Ewropej
• Il-kwistjonijiet relatati mas-saħħa mentali
• l-Isfidi tal-housing
• Il-ħidma biex jitnaqqas il-ħela ta’ ikel u t-tqassim ta’ ikel għal dawk bi dħul baxx ġenerali lejn l-istorja tal-Parlament Ewropew u l-pajjiżi membri tiegħu.
• Il-Ħidma favur il-paċi fost in-nazzjonijiet
• EU Multiannual Financial Framework (MFF) 2024 – 2027 – Rakkomandazzjonijiet għall-iSrping package u l-Anti-poverty strategy.
Janet Barthet u Nigel Mifsud taw ħarsa ġenerali lejn l-istorja tal-Parlament Ewropew u l-pajjiżi membri tiegħu.
Il-kontinġent ta’ Caritas Malta kellu kliem ta’ tifħir għall-organizzazzjoni ta’ din iż-żjara, kemm kienet ta’ tagħrif u kemm kien hemm spazju ġenwin mill-MEPS kollha biex jisimgħu l-inkwiet u l-ideat ta’ Caritas Malta għal soċjetà iktar inklussiva u ġusta.
B’apprezzament għall-ħidma tagħhom, kull Membru Parlamentari ġie ppreżentat bil-pubblikazzjoni li tittratta l-legat ta’ Monsinjur Victor Grech bit-titlu Inħobbkom, mid-Direttur ta’ Caritas Malta.
//= $special ?>

