Għar-raba’ darba fl-istorja suċċess għall-Italja fil-finali tat-Tazza Davis u għat-tielet edizzjoni suċċess f’daqstant edizzjonijiet konsekuttivi. Rebħa netta 2 – 0 kontra Spanja permezz ta’ Matteo Berrettini u Flavio Cobolli.
Fil-court ċentrali tas-Super Tennis Arena, f’Bologna, fl-ewwel partita mis-singles, f’siegħa u 18-il minuta, Matteo Berrettini, seed numru 56, għeleb lil Pablo Carreno Busta, seed numru 89. Wara li Berrettini rebaħ u ddomina l-ewwel set 6 – 3 , Carreno Busta naqas milli jwettaq reazzjoni b’Berrettini japprofitta u għalaq it-tieni set 6 – 4 biex poġġa lill-Italja fil-vantaġġ.
Fit-tieni partita mis-singles, wirja mill-aqwa minn Flavio Cobelli, seed numru 22, li f’sagħtejn u 56 minuta għeleb lil Jaume Munar, seed numru 36. Kien Munar li rebaħ l-ewwel set li ddomina 6 – 1 . Fit-tieni set rimonta minn Cobelli li għalaq 7 – 6 . Is-set deċiżiv seta’ mar fuq kull naħa sal -ument li Cobelli rebaħ 7 – 5 li wassal għat-tielet suċċess konsekuttiv tal-Italja fir-rebħ tat-Tazza Davis.
//= $special ?>

