Suċċess u riżultat mill-aqwa għal Shannon Galea fin-North America Cup parti mill-Kampjonat Pan Amerikan fil-Whistler Sliding Centre, fil-British Columbia, fil-Kanada
Wara xahrejn ta’ taħriġ intensiv dan kien l-ewwel podju għal Shannon Galea fil-kompetizzjoni Skeleton b’suċċess doppju bl-ewwel u t-tielet post .
Għal Galea li tagħmel parti minn Team Malta tal-Kumitat Olimpiku Malti għall-isport tax-Xitwa kien l-ewwel suċċess għal Malta f’dan l-isport.
Galea temmet fl-ewwel post b’ 1 minuta 53.73 sekondi b’distakk ta’ 0.68 ta’ sekonda minn Laura Vargas tal-Kolumbia u 0.74 ta’ sekonda minn Kat Tannenbaum tal-U.S Virgin Islands li fl-2022 ħadet sehem fl-Olimijadi ta’ Beijing. Fir-raba’ post temmet Hanna Russwurun tal-Fillandja b’distakk minn Galea ta’ 1.12 sekonda. Fil-ħames post temmet Nicole Burger tal-Afrika t’Isfel qabel Sujing Hong tal-Korea.



