Futbol Sport

Chelsea b’rebħa importanti fuq Barcelona, Manchester City megħluba minn Bayer Leverkusen

Chelsea wettqu prestazzjoni mill-aqwa meta għelbu ċ-champions ta’ Spanja Barcelona 3-0 f’Stamford Bridge.

Tlett rebħiet, draw waħda u telfa waħda fl-ewwel ħames partiti għall-Blues, filwaqt li l-Blugrana ħadu t-tieni telfa staġjonali fil-UCL.

Il-Blues imorru fil-vantaġġ wara 27 minuta permezz ta’ auto-gowl tad-difensur ta’ Barcelona Jules Kounde wara 27 minuta. L-isfortuna tkompli tikber għal Barcelona meta d-difensur mill-Urugwaj, Ronald Aruaju ntwera t-tieni karta safra tiegħu tal-partita u ħalla lit-tim tiegħu jilagħab b’għaxra għat-tieni taqsima kollha.

Chelsea jieħdu vantaġġ tal-vantaġġ numeriku u jirdoppjaw l-iskor permezz tal-istilla żgħażugħa Estevao Willian minn assist tad-difensur laterali Ingliż Reece James.

Liam Delap jiskorja l-ewwel gowl tiegħu ma’ Chelsea fil-UCL fit-73 minuta u jagħmel l-iskor 3-0.

Telfa sorprendenti għall-aħħar fl’Etihad Stadium hekk kif Manchester City ġew megħluba minn Bayer Leverkusen bl-iskor finali jkun 2-0.

Din hija t-tieni telfa infila li soffrew is-Citizens wara t-telfa li soffrew il-Ħadd kontra Newcastle United fil-Premier League.

Il-Ġermaniżi jiskorjaw fit-23 minuta permezz ta’ Alex Grimaldo u jirdoppjaw fit-tieni taqsima minn gowl ta’ Patrick Schick.

Dominju assolut minn Borussia Dortmund hekk kif għelbu lil Villarreal 4-0.

Partita mill-aqwa ta’ Sergou Guirassy li kien imċaħħad minn tripletta oħra ma’ Borussia. L-attakkant jiftaħ l-iskor fl-aħħar sekondi tal-ewwel taqsima, biex fit-tieni taqsima l-Ispanjoli jispċċaw jilagħbu b’għaxra wara li tkeċċa d-difensur Juan Foyth.

Serhou Guirassy ma rnexxielux jikkonverti l-penalty li wasal mill-foul ta’ Foyth fil-kaxxa, madankollu l-attakkan kompla ġewwa mis-save ta’ Junior.

Karim Adayemi jkompli jżid mal-iskor fit-58 minuta.

Svennson jiskorja l-aħħar gowl fl-aħħar mumenti tal-logħba

Newcastle United ma rnexxielhom iżommu l-momentum mir-rebħa kontra Manchester City hekk kif soffrew telfa diżappuntanti fi Franza kontra Marseille bl-iskor finali jkun 2-1.

Il-Magpies jiftħu l-iskor wara 6 minuti minn Harvey Barnes, madankollu l-eks attakkant ta’ Arsenal u Borussia Dortmund, Pierre-Emerick Aubamayeng jiskorja dopjetta f’4 minuti fit-tieni taqsima, bl-assists jaslu minn Bakola u Weah.

Juventus irnexxielhom jegħlbu l-isfidi talt-temp fin-Norveġja meta għelbu lil Bodoe/Glimt f’partita kumbattuta u affetwata mill-borra.

L-iskor finali tal-partita kien 3-2, bil-Bianconeri jmorru minn taħt wara 27 minuta minn gowl ta’ Blomberg.

Lois Openda jiskorja l-ewwel gowl tiegħu ma’ Juventus fil-UCL meta jagħmel l-iskor indaqs fit-48 minuta. Juventus ħasbu li rdoppjaw l-iskor fil-54 minuta meta Fabio Miretti xeħet ġewwa għall-ewwel ballun tiegħu ma’ Juventus, madankollu l-gowl kien imħassar wara konsultazzjoni mal-VAR hekk kif l-iskorer tal-gowl ewlieni, Openda, instab f’pożizzjoni rregolari.

Weston McKennie jirdoppja l-iskor b’daqqa ta’ ras mill-aqwa minn bravura tas-sostitut Kenan Yildiz, bl-assist finali jasal minn Miretti.

Bodeo/Glimt jiskorjaw il-gowl tad-draw fit-88 minuta minn penalty mogħti Sondre Fet li wasal minn foul ta’ Cabal fil-kaxxa.

Juventus żammew mal-motto tagħhom li ma jaqtaw qalbhom qatt meta fil-91 minuta Jonathan David xeħet ġewwa mill-viċin wara l-ewwel konklużjoni ta’ Yildiz kienet salvata biex għamel l-iskor finali 3-2.

L-ewwel żewġ partiti mill-ħames ġurnata tal-UEFA Champions League kienu bejn Ajax u Benfica, u Galatasary u Union St.Gilloise.

Benfica ħadu l-ewwel tlett punti tal-istaġun fil-UCL meta għelbu lil Ajax 2-0, li minn naħa l-oħra għamluhom 5 telfiet minn 5 partiti, fejn f’dawk il-partiti s’issa rnexxielhom jiskorjaw gowl wieħed biss u jinsabu f’qiegħ il-klassifika u l-unika tim li għadu ma kisibx punt f’din il-kampanja.

Samuel Dahl jiskorja wara 6 minuti għall-Portugiżi, segwit minn gowl ieħor ta’ Leandro Barreiro fid-90 minuta.

Union St.Gilloise kisbu t-tieni rebħa staġjonali hekk kif għelbu l-forza Torka, Galatasary 1-0. Kien il-gowl tal-eks plejer ta’ Valletta u Sirens David Promise li ddeċieda l-partita fis-57 mintua.

Napoli għelbu lil Qarabag 2-0 fil-Diego Armando Maradona.

Rasmus Hojlund kellu l-opportunità li jiftaħ l-iskor fis-56 minuta, pero l-attakkant Daniż ma kkonkludix il-penalty mogħti lilu mill-foul ta’ Jankovic, li l-istess Jankovic ikollu ġurnata mill-agħar hekk kif wara li Scott McTominay fetaħ l-iskor għal Napoli fis-66 minuta, kien huwa li xeħet fix-xibka tiegħu stess għat-tieni gowl tal-avversarji.

Draw ta’ bla gowls bejn Slavia Prague u Athletic Club.