F’ruing li ta fil-parlament l-Ispeaker Anġlu Farrugia reġa’ sostna li l-ministri tal-gvern għandhom ipoġġu l-informazzjoni fil-parlament u mhux biss tinkiseb mill-Gazzetta tal-Gvern.
Fis-Seduta tal-24 ta’ Novembru 2025 id-Deputat Nazzjonalista David Agius talab lis-Sedja li għal diversi drabi ta rulings dwar kif jekk ikun hemm informazzjoni f’post partikolari, trid titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Ministru rrispondiet li l-informazzjoni li hu talab tiġi ppubblikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern u li għandu jara l-Gazzetta tal-Gvern.
Is-Sedja qalet li bħalma diġà ddeċidiet f’diversi okkażjonijiet li huwa dejjem rakkomandabbli li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja stampata tad-dokument u dan biex il-Kamra jkollha rekord tal-informazzjoni mogħtija.


