Lokali

Inċident bil-mutur f’Tal-Pietà jħalli raġel ta’ 58 sena minn Birkirkara imweġġa’ gravi

Raġel ta’ 58 sena, residenti Birkirkara, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu b’riżultat li weġġa’ gravi.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Moden meta weġġa’ għall-ħabta tal-10:30am.

Intant hu ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn eventwalment ġie ċertifikat bi grieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin