Internazzjonali

Ir-Russja u l-Ukrajna jkompli bl-attakki tagħhom minkejja t-taħdidiet għall-paċi

RITRATT: BBC

L-attakki bejn l-Ukrajna u r-Russja ma jaqtgħu xejn – dan minkejja li fl-aħħar jiem kien jidher element ta’ suċċess fit-taħdidiet għal ftehim għall-paċi.

Matul il-lejl, il-Belt Kapitali Ukrena Kyiv sfat attakkata mir-Russi bil-konsegwenza li nqatlu minn tal-inqas żewġ persuni, dan filwaqt li l-Ukrajna rritaljat u ħalliet tliet persuni mejta.

Dawn l-attakki ġew ftit wara li l-President Ukren Volodymyr Zelenksy laqa’ bidliet li saru fil-pjan għall-paċi bejn iż-żewġ pajjiżi. Bi Kyiv u l-alleanzi Ewropej tagħha jipperswadu lill-Amerikani sabiex jemendaw il-pjan, wara biża’ li l-pjan oriġinali jiffavorixxi lir-Russi.