Il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex b’dispjaċir tinnota s-sitwazzjoni diffiċli fil-Gozo Channel.
Xi kultant donnu bħal wieħed ma jifhimx kemm dan is-servizz hu essenzjali għall-popolazzjoni
li tgħix f’Għawdex.
Dan l-aħħar perijodu kien imxekkel minn diversi problemi fis-servizz speċjalment filgħodu, x’ħin dan is-servizz hu l-iktar kritiku għall-komunita’ Għawdxija. Il-governanza u l-immaniġġjar ta’ dan is-servizz iridu jiġu indirizzati b’mod urġenti.
Ħafna ħin qed jintilef. U dan ipoġġi lill-popolazzjoni li tgħix f’Għawdex f’sitwazzjoni żvantaġġjata.
Filwaqt li ħadd ma jista’ jiċħad il-progress li sar f’kull livell, meta l-iktar ħaġa essenzjali għall-kull min
jgħix f’Għawdex, jiġifieri l-aċċessibilta’, mhix qed tiġi indirizzata, dan il-progess jintilef


