Graham Bencini, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Graham Bencini qal fil-parlament li ż-żidiet fil-pensjonijiet mhumiex biżżejejd quddiem l-għoli tal-ħajja u tariffi oħra.
Graham Bencini qal li f’dan il-budget jidher li l-ebda miżura mhi se ssolvi l-problema reali tal-familji fosthom l-għoli tal-ħajja. Hu kompla li ż-żidiet li ngħataw fosthom l-€10 fil-pensjonijiet li jinkludu l-COLA ta’ €4.66 fil-ġimgħa iridu jitpoġġew fil-kuntest korrett. Għalhekk il-parti li hi żieda reali lill-pensjonati hi €5.34ċ, li tammonta €278 fis-sena.
Id-deputat Nazzjonalista qal li din iż-żieda ta’ €5,34ċ fil-ġimħa trid tkun ikkunsidrata fil-kuntest taż-żidiet kbar li hemm fil-prezzijiet, mediċini u kirjiet. Hu kompla li taħt gvernijiet Nazzjonalisti l-pensjonijiet żdiedu minn €2,318 għal €6,519 f’sena; żieda ta’ €4,272 jew 184%.
Graham Bencini qal li kull gvern żid il-pensjonijiet u kompla li dan hu dmir lejn l-anzjani Maltin u Għawdxin. Hu sostna li l-pensjonijiet llum huma mgħeluba mill-għoli tal-ħajja u huma baxxi għall-pensjonanti li jiddependu mill-pensjonijiet tal-Istat. Jekk mhux se jinstabu soluzzjonijiet, il-ġenerazzjonijiet futuri se jsibu diffikultajiet kbar.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-mudelli differenti tal-pensjonijiet u qal li l-popolazzjoni Maltija qed tixjieħ b’rata mgħaġġla u għalhekk Pilar 2 u Pilar 3 huma neċessità nazzjonali.
Pilar 2 taħdem b’mod fejn il-ħaddiem jikkontribwixxu bħal min iħaddem u l-Istat jgħin dawn il-pensjonijiet biex il-pensjoni tinbena wkoll mix-xogħol li jkun qed isir. Dawn it-tip ta’ pensjonijiet inaqqsu l-piż fuq l-Istat, jitkakkar il-benefiċċji għall-pensjonanti u jipproteġi l-pensjosnati futuri minn kriżijiet ekonomiċi.
Hu qal li Malta għandha ssaħħaħ il-Pilar 2 u żied li f’Ġunju 2025 il-gvern ippubblika dokument ta’ konsultazzjoni li fih bagħat sinjal ċar lejn pensjonijiet iktar diversifikati milli hemm illum. Il-gvern għaraf li l-poplu ma jistax jibqa’ jiddependi mill-pensjoni tal-Istat u anki daħħal miżura iżda wara dan ma ġara xejn għaliex l-awto inklużjoni fis-settur pubbliku mhijiex se tibda. Fl-aħħar budget il-gvern lanqas biss għamel riferenza għal din il-miżura.
Id-deputat Nazzjonalista qal familji ta’ tfal b’diżabbiltà severa li għandhom bżonn assistent personali jew carer iżda hemm wisq burokrazija u spejjeż li jridu jagħmlu biex jiksbu dawn is-servizzi. Hu sostna li t-tariffi offruti mhumiex dawk tas-suq u għalhekk mhumiex jinstabu carers b’dak li qed joffri l-gvern. Għalhekk min ma jistax jaffordja li jħallas carer irid iħallas id-differenza hu fuq l-ammont ta’ €9.22 li qed joffri l-gvern.
Bl-ammont li qed joffri l-gvern, il-carer jista’ jkun ngaġġat għal siegħa u nofs biss. Dan qed iwassal għal pressjonijiet kbar fuq il-familji. Hu ppropona li l-gvern jgħolli r-rata għaliex €9.22 kull siegħa mhijiex reali għaliex ir-rati fi-suq huma ta’ €12 kull siegħa. Jeħtieġ ukoll li l-gvern jintroduċi payrol simplifikat għall-carers maniġġjat mill-gvern, li titnaqqas il-burokrazija b’formula waħda sempliċi, li jipprovdi servzzi effiċjenti u li jinħoloq standard tas-suq.
Graham Bencini tkellem dwar il-mard miżjud u qal li l-gvern żdied il-benefiċċji f’dan is-settur iżda dawn ma jolqtux il-qalba tal-problema ta’ dawn in-nies. Dwar l-għola rata tal-qagħad, id-deputat Nazzjonalista qal li hemm każi fejn persuni li qed jirċievu l-benefiċċju tal-qagħad jiġu offruti xogħol li ma jaqbilx mal-kundizzjonijiet tagħhom. Jekk dawn ma jaċċettawx dan ix-xogħol huma jiġu penalizzati; dan mhuwiex ġust. Il-persuni għandhom jiġu mqabbla max-xoħlijiet skont il-ħiliet tagħhom.
Dwar iż-żieda fil-carers grant tgħin iżda mhijiex biżżejjed, sostna Graham Bencini, li appella għal riforma serja f’dan is-settur.
//= $special ?>

