Dan l-istazzjon jinsab informat li ċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Malita Investments Johan Farrugia, li għadu kemm laħaq f’din il-kariga 7 xhur ilu – irriżenja. B’hekk l-inkwiet għal Galdes jidher li minflok jonqos qiegħed jiżdied.
Matul il-jiem li għaddew, il-Ministru Roderick Galdes stqarr ma’ Times of Malta li ma hu inkwetat xejn bil-qagħda finanzjarja tal-kumpanija.
Din hija daqqa oħra għall-kumpanija li qed iżid l-inkwiet għall-Ministru Galdes b’rabta ma’ dak li ġie rrapportat aktar kmieni illum.


