Mara ta’ 28 sena nżammet taħt arrest preventiv wara li tressqet il-Qorti akkużata b’sensiela ta’ reati serji ta’ vjolenza domestika kontra n-nanna tagħha anzjana. Il-Prosekuzzjoni sostniet li l-mara wettqet atti ta’ intimidazzjoni u pressjoni morali u psikoloġika, sfurzat lill-vittma taġixxi jew ma taġixxix skont ix-xewqa tagħha u saħansitra fastidjatha b’mod ripetut.
L-akkużi ġew aggravati minħabba l-vulnerabbiltà tal-vittma, li hija membru tal-familja dipendenti u anzjana. Il-mara tressqet ukoll talli hedded u insultat lin-nanna tagħha, kif ukoll talli hija riċediva. Skont il-Prosekuzzjoni, il-każ beda meta l-akkużata marret għand in-nanna tagħha titlob il-flus biex tixtri d-drogi.
Allegatament qalet lill-vittma li l-flus mhux se terġaʼ tagħtihom lura, iżda li kienet ser toħodha tiekol minflok. Meta l-anzjana rrifjutat, il-mara qabaditha maʼ għonqha, ikkawżatilha ġrieħi ħfief u hedditha bil-frażi li “li kieku kelli sikkina, noqtlok”.
Fil-Qorti,l-mara kienet viżibilment disturbata, tiċċaqlaq il-ħin kollu minn fejn kienet bilqiegħda u tkompli tgerger matul is-seduta. F’mument partikolari interruttiet lill-Qorti b’tifħira li tfajlet minn fommu: “Għandi tifel ta’ tmien snin.” Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech weġibitha fil-qosor li dan kellu jiġi kkunsidrat qabel ma wettqet l-allegat reati.
Il-Avukat tad-Difiża ma talbet l-ebda ħelsien mill-arrest f’dan l-istadju iżda talbet li l-Qorti tordna li l-mara tintbgħat immedjatament fiċ-Ċentru Forensiku għal valutazzjoni medika u psikoloġika. Il-Maġistrat spjegat li ma għandhiex il-poter tagħmel ordni direttiva bħal dik, iżda saħqet li l-imputata teħtieġ kura speċjalizzata b’urġenza.
Irrakkomandat lid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li l-mara tirċievi trattament immedjat hekk kif tasal hemmhekk, wara l-istess valutazzjoni. Minħabba l-kundizzjoni delikata tal-imputata, il-Maġistrat ma staqsietiex jekk hijiex ħatha jew le. L-Ispettur Christian Cauchi mexxa l-Prosekuzzjoni, filwaqt li l-avukat tal-għajnuna legali Maria Carson dehret għad-difiża tal-mara.
//= $special ?>

