Il-Ministru Roderick Galdes kien qed jindaħal fil-kumpanija Malita Investments, u jifrekwenta u joħroġ mal-kuntratturi. Dan saħqitu l-eks Membru Parlamentari Ewropew Laburista u proprju eks Chairmain ta’ Malita plc, Marlene Mizzi hekk kif spjegat li meta kkonfrontat lil Ministru Galdes dwar dan kollu…keċċiha.
F’kitba fuq il-midja soċjali Mizzi akkużat lill-Ministru responsabbli mill-Housing li kien jindaħal fl-affarijiet tal-kumpanija u saħansitra jifrekwenta l-kuntratturi tagħha.
Xi ħaġa li skont Marlene Mizzi stess, hija totalment inaċċettabbli tant li qalet dan id-diskors lil Galdes innifsu, b’dan tla-aħħar ma jieħu pjaċir xejn tant li qaċċatha – fatt li Mizzi qalet li huwa ta’ unur għaliha li tneħħiet għaliex l-istorja se tkun qed titkellem waħedha.
Mizzi kienet tokkupa l-kariga ta’ chairwoman ta’ Malita Investments sa’ Mejju 2024, proprju sa meta keċċiha l-Ministru Galdes – kumpanija li sservi bħala holding company għal proġetti kbar ta’ żvilupp u li proprju qiegħda fuq l-istock exchange ta’ Malta – bl-istat għandu 82% tal-kumpanija.
Rapport tat-Times of Malta spjega li minkejja li fl-ewwel 6 xhur tal-2025 il-kumpanija għamlet €5miljun profitt, qed tħabbat wiċċha ma problemi finanzjarji serji – fost oħrajn bil-proġett tal-housing f’Ħal Farruġ ikollu jieqaf temporanjament minħabba nuqqas ta’ cash flow, bix-shareholders ma jirċevux id-dividends is-sena li għaddiet u hemm diversi kuntratturi oħrajn li qed jallegaw li għad għandhom jitħallsu.
Matul il-jiem li għaddew, Galdes stqarr mat-Times li ma hu inkwetat xejn bil-qagħda finanzjarja tal-kumpanija.
Din l-kumpanija hija l-istess waħda li kienet involuta fil-frodi elettorali tal-housing fis-Siġġiewi bl-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino lura f’Mejju 2024 jiftaħ 99 kawża – bil-Qorti taqtagħha favur proprju l-Partit Nazzjonalista.
Minkejja l-ordni tal-Maġistrat biex dan il-frodi jiġi investigat mill-Pulizija, sal-lum il-Kummissarju tal-Pulizija għadu qatt ma sejjaħ lill-uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista sabiex jisma’ x’kienu jafu dwar dan il-każ.
Fix-xhieda tal-Qorti intqal li l-Head of Customer Care ta’ Roderick Galdes f’dak il-perjodu, Marvic Grech kienet konxja ta’ dan kollu. Iżda issa sar magħruf li mhux talli ttieħdu l-passi fil-konfront tagħha, talli saħansitra l-istess Ministru laħħaqqha Chief of Staff tiegħu.
Dan ikompli jixhed u jiffumenta aktar suspetti dwar kif wara xhieda bħal ma’ dik li ssemmet fil-Qorti minflok jieħu passi fil-konfront ta’ Grech, il-Ministru ddeċieda li jippremjaha.
//= $special ?>

