Lokali

Sarah Bajada u politiċi nisa jaqsmu l-Ispirtu tal-Milied ma’ Eileen Montesin

Qed noqorbu lejn il-Milied u Eileen Montesin fakkret dan iż-żmien festiv b’karaoke fil-karozza ma’ numru ta’ politiċi Maltin nisa. Fosthom kien hemm Sarah Bajada kif ukoll Membri Parlamentari min-naħat kollha tal-Kamra.

F’filmat sabiħ li ppubblikat fuq il-paġni soċjali tagħha, ikantaw il-kanzunetta popolari Maltija ‘Tini Żmien il-Milied’ tal-grupp X-Tend.

Montesin qasmet ukoll messaġġ ta’ għaqda u positività, u ħeġġet lil kulħadd biex iġorr l-ispirtu tal-Milied tul is-sena kollha.