Is-sensiliet televiżivi Rivals u Ludwig rebħu tnejn minn fost l-aktar premjijiet prestijużi waqt is-Serata Annwali tal-Emmy Awards Internazzjonali.
Il-premjijiet, magħrufin bħala l-‘Emmys’, jirrikonoxxu lill-aqwa programmi għat-Televiżjoni li huma prodotti u mxandrin, oriġinalment, barra l-Istati Uniti.
Dan meta Rivals, li hu adottat min-novella tal-awtriċi Britannika Jilly Cooper, kien irrikonoxxut bħala l-Aqwa Drama waqt iċ-ċerimonja tal-Emmys fi New York – bis-sensiela Ludwig, produzzjoni drammatioka b’element umoristiku, tirbaħ l-‘Emmy’għall-Aħjar Sensiela Komika.
Is-sensiela Rivals hi produzzjoni tal-kumpannija Disney+ u meta fil-partijiet prinċipali hemm l-atturi David Tennant, Danny Dyer u Emily Atack…Produzzjoni li tibbaża fuq l-iskandli fost il-familji sinjuri u influwenti Britanniċi li huma residenti fil-county fittizju ta’ Rutshire.
Id-drama-komika Ludwig, sadanittant, hi sensiela tal-BBC fejn fil-partijiet prinċipali hemm l-atturi Anna Maxwell-Martin u David Mitchell.
Is-suċċess ta’ din il-produzzjoni spikka l-aktar waqt l-aħħar xhur tas-sena l-oħra u bil-produtturi,fil-preżent, qed jaħdmu fuq ‘follow-up’ għas-sensiela.
Is-serata tal-Emmys kienet partikularment memorabbli anki għal Anna Maxwell-Martin, li rebħet il-Premju għall-Aħjar Attriċi għall-interpretazzjoni tagħha fis-sensiela tal-ITV bl-isem Unitil I Kill You…Produzzjoni li tibbaża fuq reati li seħħew fil-ħajja ta’ vera.
Is-suċċess ta’ Maxwell-Martin hu dovut għall-interpretazzjoni ta’ mara li kellha relazzjoni ma’ serial killer fl-adazzjoni tal-awtobiografija ta’ Delia Balmer.
Sadanittant, Oriol Pla rebaħ l-Emmy għall-Aħjar Attur bħala l-protagonista fid-drama Spanjola Yo, Adicto – sensiela oħra ta’ Disney+ li titratta l-istorja ta’ raġel ivvizzjat li jfittex l-għajnuna professjonali.
Sar magħruf ukoll li għaddejjin il-preparazzjonijiet għat-tieni sensiela ta’ Rivals wara s-suċċess internazzjonali tal-ewwel sensiela u meta, issa, qed jissieħbu wkoll mal-cast l-attriċi Hayley Attwell u l-attur veteran Ingliż, Rupert Everett.
Il-preżentazzjoni tal-Emmys ta’ din is-sena saret fil-Peacock Theatre, fil-belt ta’ Los Angeles.
//= $special ?>

