Lokali

Tkompli l-ħidma tal-PN: Alex Borg jiltaqa’ mal-kunsillieri

Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo

Il-Partit Nazzjonalista qed jiffoka mhux biss fuq il-pajjiż u l-poplu Malti u Għawdxi, imma anke fuq il-fergħat interni. Dan sabiex il-poplu jgawdi minn politika b’saħħitha u ta’ viżjoni fit-tul.

Fi-lfatt, it-Tnejn filgħaxija, l-amministrazzjoni Nazzjonalista laqqet lill-Kunsillieri lokali kollha tal-Partit Nazzjonalista. Bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg jirringrazzja lill-kunsillieri u s-Sindki tax-xogħol li qed isir fil-lokalitajiet kollha madwar Malta u Għawdex.

Filwaqt li wegħedhom is-sapport kollu tiegħu sabiex dawn jibqgħu jwasslu l-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista fil-lokalitajiet, stqarr li r-rappreżentanti tiegħu għandhom jibqgħu juru l-impenn u l-pjan fit-tul li għandu l-Partit Nazzjonalista li qed isarraf f’ġid fil-lokalitajiet kollha. Speċjalment, wara s-suċċess li kellu l-PN fl-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f’Ġunju tal-2024.

Minn naħa tagħhom, b’attendenza numeruża, il-kunsillieri wrew l-apprezzament kbir lejn il-Kap tal-PN u anke lejn it-tmexxija, li ttihom dak kollu meħtieġ sabiex iżommu dan is-suċċess.

Il-kunsillieri kienu wkoll indirizzati mis-Segretarju Ġenerali tal-PN Charles Bonello, il-President Kulleġġ Kunsilliera tal-PN Liam Sciberras u anke x-Shadow Minister Bernice Bonello.