Il-Kap tal-PN Alex Borg laqa’ lill-istudenti li matul il-ġurnata iċċelebraw il-gradwazzjoni tagħhom mill-Università ta’ Malta. Dan hekk kif komplew il-buscades tradizzjonali – fejn spikka l-ferħ ġenwin ta’ dawn iż-żgħażagħ li issa lestew il-kors tagħhom.
Illum kien imiss lill-gradwati mill-Fakultà tal-Edukazzjoni fejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista feraħ lil dawn l-istudenti kif ukoll awguralhom għall-futur tagħhom sew jekk ħa jkompli bl-istudju jew inkellha ħa jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Din is-sena qed jiggradwaw b’kollox 1,718-il student mill-Università ta’ Malta; numru li fi kliem l-Università stess qed ikompli jikkonferma x-xogħol kbir li jsir minn din l-ogħla istituzzjoni edukattiva f’pajjiżna.
B’kollox, kienu 657 l-irġiel li gradwaw, filwaqt li kien hemm 1,057 mara li temmew il-kors li għamlu fl-Università ta’ Malta.

Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo
//= $special ?>
