Fl-Emirates Stadium Arsenal kisbu rebħa oħra importanti dan l-istaġun meta fil-UEFA Champions League għelbu lil Bayern Munich bl-iskor ta’ 3-1. Iż-żewġ timijiet daħlu għal din il-partita b’punti massimi għal din il-partita iżda tim wieħed irnexxielu jibqa’ mhux megħlub, bit-tim ta’ Mikel Arteta għal darb’oħra juri l-qawwa tiegħu dan l-istaġun, anke wara r-rebħa ta’ 4-1 fuq ir-rivali Tottenham fil-Premier League.
Kienu Arsenal li fetħu l-iskor fit-22 minuta meta minn corner ta’ Bukayo Saka kien Jurrien Timber li bir-ras xeħet wara Neuer għal 1-0. Għaxar minuti wara Bayern kisbu d-draw meta minn ballun fit-tul ta’ Kimmich, Gnabry niżżel tajjeb lejn Karl li mill-viċin għeleb lil Raya għal 1-1.
Fit-tieni taqsima Arsenal ħadu l-inizjattiva u fid-69 minuta reġgħu marru fil-vantaġġ meta minn cross ta’ Riccardo Calafiori kien Noni Madueke li tefa’ ġewwa. Żewġ minuti wara kien Gabriel Martinelli li minn kontrattakk veloċi għadda tajjeb u kkonkluda f’lasta vojta għal 3-1.
Illum: Copenhagen v K.Almaty 3-2; Pafos v Monaco 2-2; Arsenal v B.Munich 3-1; A.Madrid v Inter 2-1;
E.Frankfurt v Atalanta 0-3; Liverpool v PSV 1-4; Olympiacos v R.Madrid 3-4; PSG v Tottenham 5-3; Sporting v C.Brugge 3-0.


