“Gvern ġdid Nazzjonalista jkompli jinċentiva n-negozji sabiex pajjiżna jkollu ekonomija aktar b’saħħitha.”
Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg, waqt żjara li għamel lill-ħaddiema tal-kumpanija Attard & Co fil-Marsa – kumpanija li timporta l-prodotti għas-suq lokali.
Wara li żar lill-ħaddiema, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, kellu laqgħa mat-tmexxija tal-kumpanija fejn flimkien iddiskutew l-isfidi li jaffaċċjaw fin-negozji tagħhom, u t-tip ta’ policies li jistgħu jappoġġjaw aħjar intrapriżi Maltin immexxija mill-familja.
Huma ddiskutew ukoll l-ekonomija l-ħadra, u l-potenzjal akbar ta’ Malta biex taġixxi bħala ċentru loġistiku.
Tema oħra li tqajmet kienet jekk Malta bħalissa għandhiex sigurtà alimentari biżżejjed u liema miżuri oħra jistgħu jittieħdu biex jissaħħaħ dan is-settur.
F’kumment li ta lil Net News, Alex Borg semma’ l-modi ta’ kif Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed itaffi l-piżijiet fuq il-kumpaniji lokali.
Matul din iż-żjara, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg kien akkumpanjat mix-Shadow Ministers; Eve Borg Bonello, Ryan Callus, Jerome Caruana Cilia u Ivan Castillo.
//= $special ?>

