L-Erbgha filgħodu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg laqa’ fl-uffiċċju tiegħu lil George Hyzler, li huwa l-membru f’isem Malta fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Hu żar id-Dar Centrali flimkien ma’ delegazzjoni ta’ uffiċjali li jaħdmu fil-qrib ma’ Hyzler.
Din kienet l-ewwel laqgħa uffiċjali ta’ George Hyzler mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista hekk kif ippreżenta lil Alex Borg ir-rapport annwali dwar l-implimentazzoni tal-Budget tal-Unjoni Ewropea għas-sena 2024.
Matul il-laqgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u George Hyzler iddiskutew dan ir-rapport kif ukoll żewġ rapporti oħrajn li kien fdat bihom hu dwar l-inċidenti tas-cybersecurity kif ukoll mekkaniżmi fil-protezzjoni ċivili fi ħdan l-Unjoni Ewropea.
Alex Borg sostna li l-Partit Nazzjonalista se jibqa kommess u ffukat li jsegwi mill-qrib il-ħidma tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif ukoll li jaħdem bil-għan li t-trasparenza u l-kontabbiltà jkunu fil-quċċata tal-eżiġenzi fil-pajjiż.
//= $special ?>

