Lokali

Għan-nuqqas ta’ infurzar tal-awtoritajiet se jkollhom iħallsu r-raħħala Maltin – PN

L-inċident li fih ħadet in-nar scrapyard fil-Marsa u sussegwentament se jkollu jintrema l-ġwież li kien maħżun maġenb din l-iscrapyard huwa sintomatiku ta’ kif preżentament qed jaħdmu l-affarijiet: ibati ż-żgħir għan-nuqqasijiet tal-kbir.

L-istqarrija tal-Koperattiva Produtturi tal-Ħalib ippubblikata lbieraħ fejn il-KPĦ qalet li se jintrema l-għalf li kien maħżun maġenb l-iscrapyard, turi l-għaqal tal-produtturi tal-ħalib li qed jassiguraw li kwalunkwe elementi tossiċi li ħarġu mid-dħaħen tan-nirien ma jidħlux fil-food supply tagħna.

Madanakollu, huwa inġust li l-KPĦ u r-raħħala tagħna jerfgħu l-piż ta’ dan kollu, meta fil-verità kienu l-awtoritajiet li naqsu li jinfurzaw il-litanija sħiħa ta’ każijiet ta’ ksur tal-liġi li kellu s-sit li qabad.

Il-PN jeżiġi li l-piż ta’ dan il-każ ma jintrefax mir-raħħala waħidhom, imma l-Gvern għandu jiżgura li l-pajjiż ikollu awtoritajiet li jinfurzaw l-liġi u mhux jimxu b’two weights and two measures.